Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-18 ta’ Settembru 2014 – Cerafogli vs BĊE

(Kawża F-26/12) 1

(Servizz pubbliku – Persunal tal-BĊE – Aċċess tal-persunal tal-BĊE għad-dokumenti li jirrelataw mar-relazzjoni ta’ impjieg – Regoli applikabbli għat-talbiet tal-persunal tal-BĊE – Proċedura prekontenzjuża – Regola ta’ konsistenza – Eċċezzjoni ta’ illegalità mqajma għall-ewwel darba fir-rikors – Ammissibbiltà – Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Konsultazzjoni tal-Kumitat tal-Persunal għall-adozzjoni ta’ regoli applikabbli għat-talbiet tal-persunal tal-BĊE għal aċċess għad-dokumenti li jirrelataw mar-relazzjoni ta’ impjieg)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Maria Concetta Cerafogli (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Pappas, avukat)

Konvenut: Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (rappreżentanti: A. Sáinz de Vicuña Barroso, E. Carlini u S. Lambrinoc, aġenti, D. Waegenbaur, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-BĊE li tirrifjuta t-talba tar-rikorrenti għal aċċess għad-dokumenti kif ukoll it-talba għad-danni.Dispożittiv Id-deċiżjoni tal-21 ta’ Ġunju 2011 li biha d-Deputat Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali “Riżorsi umani, Baġit u Organizzazzjoni” tal-Bank Ċentrali Ewropew ċaħad parzjalment it-talba għal aċċess għal ċerti dokumenti ppreżentata fl-10 ta’ Mejju 2011 minn M. C. Cerafogli hija annullata. Il-Bank Ċentrali Ewropew huwa kkundannat li jħallas lil M. C. Cerafogli s-somma ta’ EUR 1 000. Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. Il-Bank Ċentrali Ewropew għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti minn M. C. Cerafogli.