Language of document :

Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-15 ta’ Ġunju 2016 – Wille u Skovboell vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-75/12) 1

“Servizz pubbliku – Uffiċjali – Pensjonijiet – Trasferiment tad-drittijiet għal pensjoni nazzjonali – Proposti ta’ akkreditazzjoni tas-snin ta’ servizz – Att li ma jikkawżax preġudizzju – Inamissibbiltà tar-rikors – Talba għal deċiżjoni mingħajr ma tidħol fil-mertu tal-kawża – Artikolu 83 tar-Regoli tal-Proċedura”

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Daniel Wille (Mouscron, il-Belġju) u Bo Skovsboell (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment minn D. de Abreu Caldas, A. Coolen, J.-N. Louis, É. Marchal u S. Orlandi, avukati, sussegwentement minn D. de Abreu Caldas, J.-N. Louis u S. Orlandi, avukati, wara minn J.-N. Louis u S. Orlandi, avukati, fl-aħħar minn J.-N. Louis, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn J. Baquero Cruz u D. Martin, aġenti, sussegwentement minn J. Currall u G. Gattinara, aġenti, wara minn G. Gattinara, aġent, fl-aħħar minn G. Gattinara u F. Simonetti, aġenti)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni dwar il-kalkolu tal-akkreditazzjoni tad-drittijiet għall-pensjoni akkwistati qabel id-dħul fis-servizz tal-Kummissjoni u ċ-ċaħda tal-ilmenti mressqa mir-rikorrenti.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Daniel Wille u Bo Skovsboell għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom u huma kkundannati għall-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

____________

1 ĠU C 287, 22.9.2012, p. 41.