Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supreme Court of the United Kingdom (Ir-Renju Unit) fis-27 ta’ Mejju 2019 – The Software Incubator Ltd vs Computer Associates (UK) Ltd

(Kawża C-410/19)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Supreme Court of the United Kingdom

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: The Software Incubator Ltd

Konvenuta: Computer Associates (UK) Ltd

Domandi preliminari

Fejn kopja ta’ softwer tal-kompjuter hija fornita lill-klijenti ta’ prinċipal b’mod elettroniku, u mhux permezz ta’ kwalunkwe medju tanġibbli, din tikkostitwixxi “merkanzija” skont it-tifsira ta’ dik il-kelma kif tidher fid-definizzjoni ta’ aġent kummerċjali fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 87/653/KEE tat-18 ta’ Diċembru 1986 dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membru li jirrigwardaw aġenti kummerċjali li jaħdmu għal rashom 1 (iktar ’il quddiem id-“Direttiva”)?

Fejn softwer tal-kompjuter huwa fornit lill-klijenti ta’ prinċipal permezz ta’ għotja lill-klijent ta’ liċenzja permanenti għall-użu ta’ kopja ta’ softwer tal-kompjuter, dan jikkostitwixxi “bejgħ ta’ merkanzija” skont it-tifsira ta’ dak it-terminu kif jidher fid-definizzjoni ta’ aġent kummerċjali fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva?

____________

1 ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 177.