Language of document : ECLI:EU:F:2009:63

DIGRIET TAT-TRIBUNAL GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU

(L-Ewwel Awla)

12 ta’ Ġunju 2009

Kawża F-69/08

Brigitte Knöll

vs

L-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol)

“Servizz pubbliku – Persunal tal-Europol – Nuqqas ta’ tiġdid ta’ kuntratt – Kuntratt għal żmien indeterminat – Ammissibbiltà – Interess ġuridiku – Rikors kontra deċiżjoni li ma baqgħetx eżistenti fil-mument li r-rikors ġie ppreżentat – Assenza ta’ lment li għandu jitressaq qabel”

Suġġett: Rikors, ippreżentat taħt l-Artikolu 40(3) tal-konvenzjoni stabbilita fuq il-bażi tal-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwatr l-istabbiliment tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Konvenzjoni Europol) u taħt l-Artikolu 93(1) tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Europol, li permezz tiegħu B. Knöll titlob l-annullament tad-deċiżjoni tad-direttur tal-Europol, tal-4 ta’ Ottubru 2007, li tirrifjuta li ġġedded il-kuntratt tagħha u li toffrilha kuntratt għal żmien indeterminat, tad-deċiżjoni tad-direttur tal-Europol, tad-29 ta’ April 2008, li tiċħad l-ilment tagħha kontra d-deċiżjoni tal-4 ta’ Ottubru 2007 hawn fuq imsemmija, u tad-deċiżjoni tad-direttur tal-Europol, tat-12 ta’ Ġunju 2008, li tirrifjuta mill-ġdid it-tiġdid tal-kuntratt tagħha.

Deċiżjoni: Ir-rikors huwa miċħud. Ir-rikorrenti hija kkundannata għall-ispejjeż.

Sommarju

Uffiċjali – Rikors – Interess ġuridiku – Evalwazzjoni fil-mument tal-preżentata tar-rikors – Tmiem tad-deċiżjoni kkontestata

L-interess ġuridiku, kundizzjoni indispensabbli għall-ammissibbiltà tar-rikors, għandu jirriżulta fl-istadju tal-preżentata tar-rikors. Għalhekk, huwa inammissibbli r-rikors għal annullament ippreżentat kontra deċiżjoni li ma baqgħetx eżistenti fl-ordinament ġuridiku qabel id-data ta’ reġistrazzjoni tar-rikors, minħabba l-adozzjoni ta’ deċiżjoni ġdida meħuda, wara eżami mill-ġdid, għal raġunijiet oħra u fuq il-bażi ta’ elementi differenti minn dawk li fuq il-bażi tagħhom l-amministrazzjoni bbażat ruħha fl-adozzjoni tal-ewwel deċiżjoni. Id-deċiżjoni l-ġdida ma tikkostitwixxix deċiżjoni konfermatorja, iżda, bil-kontra, deċiżjoni awtonoma li tissostitwixxi d-deċiżjoni preċedenti.

(ara l-punti 34, 35, 37 u 38)

Referenzi:

Il-Qorti tal-Ġustizzja: 7 ta’ Ġunju 2007, Wunenburger vs Il-Kummissjoni, C‑362/05 P, Ġabra p. I‑4333, punt 42

Il-Qorti tal-Prim’Istanza: 18 ta’ Ġunju 1992, Turner vs Il-Kummissjoni, T‑49/91, Ġabra p. II‑1855, punti 24 sa 26; 13 ta’ Diċembru 1996, Lebedef vs Il‑Kummissjoni, T‑128/96, ĠabraSP p. I‑A‑629 u II‑1679, punti 19 u 21; 29 ta’ Settembru 1999, Neumann u Neumann-Schölles vs Il-Kummissjoni, T‑68/97, ĠabraSP p. I‑A‑193 u II‑1005, punt 58; 27 ta’ Jannar 2000, TAT European Airlines vs Il-Kummissjoni, T‑49/97, Ġabra p. II‑51, punti 30 sa 36; 24 ta’ April 2001, Torre et vs Il-Kummissjoni, T‑159/98, ĠabraSP p. I‑A‑83 u II‑395, punt 28; 5 ta’ Marzu 2004, Liakoura vs Il-Kunsill, T‑281/03, ĠabraSP p. I‑A‑61 u II‑249, punti 36 sa  38; 13 ta’ Settembru 2005, Fernández-Gómez vs Il‑Kummissjoni, T‑272/03, ĠabraSP p. I‑A‑229 u II‑1049, punti 36 u 42 sa 44

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku: 15 ta’ Lulju 2008, Pouzol vs Il-Qorti tal-Awdituri, F‑28/08, ĠabraSP p. I‑A‑1‑0000 u II‑A‑1‑0000, punti 45 sa 50