Language of document :

Rikors ippreżentat fl-1 ta' Awwissu 2011 - ZZ vs Il-Bank Ċentrali Ewropew

(Kawża F-78/11)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: L. Levi u M. Vandenbussche, avukati)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew

Suġġett

Annullament tad-Deċiżjoni li ttemm il-kuntratt tar-rikorrent minħabba proċediment dixxiplinari li ġie konkluż bi twissija bil-miktub.

Talbiet tar-rikorrent

Ir-rikorrenti jitlob li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku jogħġbu:

jannulla d-deċiżjoni tal-Bord Eżekuttiv tal-BĊE, tal-20 ta' Mejju 2011, li rċieva fit-23 ta' Mejju 2011, li ttemm il-kuntratt tar-rikorrent b'effett mill-31 ta' Ottubru 2011;

jikkumpensa lir-rikorrent għal dannu materjali mill-31 ta' Ottubru 2011;

jikkumpensa lir-rikorrent għal dannu morali evalwat għal EUR 10 000;

jikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

____________