Language of document :

_Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-15 ta’ Diċembru 2015 – Guittet vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-141/14) 1

(Servizz pubbliku – Ex uffiċjal – Sigurtà soċjali –Teħid ta’ responsabbiltà tal-ispejjeż mediċi – Amministrazzjoni tal-fajl mediku mill-Kummissjoni – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u dmir ta’ premura – Responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni)

Lingwa tal-kawża:il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Christian Guittet (Cannes, Franza) (rappreżentanti: L. Levi u A. Tymen, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn J. Currall u T. S. Bohr, aġenti, C. Mélotte, avukat, sussegwentement minn T. S. Bohr, aġent, C. Mélotte, avukat)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li tiċħad it-talba għad-danni minħabba n-nuqqas amministrattiv imwettaq mill-Kummissjoni responsabbli mill-amministrazzjoni tal-fajl mediku tar-rikorrent li kien il-vittma ta’ inċident gravi u t-talba għad-danni għad-danni materjali u morali allegatament imġarrba.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

C. Guittet għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

____________

1 ĠU C 89, 16.3.2015, p. 46.