Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Hamburg (il-Ġermanja) fis-7 ta’ Settembru 2020 – Gräfendorfer Geflügel- und Tiefkühlfeinkost Produktions GmbH vs Hauptzollamt Hamburg

(Kawża C-415/20)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Hamburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Gräfendorfer Geflügel- und Tiefkühlfeinkost Produktions GmbH

Konvenut: Hauptzollamt Hamburg

Domandi preliminari

1.    L-obbligu impost fuq l-Istati Membri, skont id-dritt tal-Unjoni, li jħallsu lura, flimkien mal-interessi, id-dazji miġbura bi ksur tad-dritt tal-Unjoni japplika wkoll fejn ir-raġuni għall-ħlas lura ma tkunx deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata ksur ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni, iżda l-interpretazzjoni, mill-Qorti tal-Ġustizzja, ta’ (sub)intestatura tan-Nomenklatura Magħquda?

2.    Il-prinċipji li jirregolaw, skont id-dritt tal-Unjoni, id-dritt għall-ħlas tal-interessi stabbilit mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-ġurisprudenza tagħha japplikaw ukoll għall-ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni li l-awtorità nazzjonali rrifjutat li tħallas, bi ksur tad-dritt tal-Unjoni?

____________