Language of document :

Rikors ippreżentat fl-4 ta' April 2011 - ZZ vs Europol

(Kawża F-34/11)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: D. Dane, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol)

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni li tikklassifika lir-rikorrenti fil-grad AST 5.

Talbiet tar-rikorrenti

jannulla d-deċiżjoni tad-19 ta' Diċembru 2010 li biha l-konvenut innotifika lir-rikorrent li l-valutazzjoni tal-kariga tiegħu kienet miżmuma fil-grad AST 5.

tikkundanna lill-Europol għall-ispejjeż.

____________