Language of document :

Appell ippreżentat fis-7 ta’ Novembru 2018 minn Hungary Restaurant Company Kereskedelmi és Szolgáltató Kft. (Hungary Restaurant Company Kft.) u Evolution Gaming Advisory Kft. mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fit-12 ta’ Ottubru 2018 fil-Kawża T-416/18, Hungary Restaurant Company Kereskedelmi és Szolgáltató Kft. u Evolution Gaming Advisory Kft. vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-700/18 P)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Hungary Restaurant Company Kereskedelmi és Szolgáltató Kft. (Hungary Restaurant Company Kft.), Evolution Gaming Advisory Kft. (rappreżentant: P. Ruth, Rechtsanwalt)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Permezz ta’ digriet tal-14 ta’ Marzu 2019, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (Is-Seba’ Awla) ċaħdet l-appell u ddeċidiet li l-appellanti għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.

____________