Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Najvyšší súd Slovenskej republiky (is-Slovakkja) fl-14 ta’ Frar 2020 – proċeduri kriminali kontra M.B.

(Kawża C-78/20)

Lingwa tal-kawża: is-Slovakk

Qorti tar-rinviju

Najvyšší súd Slovenskej republiky

Partijiet fil-kawża prinċipali

M.B.

Generálna prokuratúra Slovenskej republiky

Domanda preliminari

Ir-rekwiżiti li, konformement mal-Artikolu 1(1) u l-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Kwadru 2002/584 1 , għandu jissodisfa l-mandat ta’ arrest Ewropew inkwantu deċiżjoni ġudizzjarja, għandhom japplikaw ukoll għall-informazzjoni supplimentari mogħtija fuq il-bażi tal-Artikolu 15(2) ta’ din id-deċiżjoni kwadru jekk, għall-ħtiġijiet tad-deċiżjoni tal-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni tal-mandat, din b’mod sinjifikattiv tissupplimenta jew tbiddel il-kontenut tal-mandat ta’ arrest Ewropew oriġinarjament maħruġ?

____________

1 Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/584/ĠAI tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 34, rettifika fil-ĠU 2009, L 17, p. 45).