Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-5 ta’ Novembru 2013 – Bartha vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-104/11) 1

(Servizz pubbliku – Kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/56/06 – Ftuħ mill-ġdid tal-kompetizzjoni – Miżuri ta’ infurzar tas-sentenza F-50/08)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Partijiet

Rikorrent: Gabór Bartha (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: P. Homoki, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall, V. Bottka, A. Sipos, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-EPSO li tiftaħ mill-ġdid il-proċedura tal-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/56/06 u tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla dwar ir-riżultati tal-kompetizzjoni EPSO/AD/56/06 – Amministratur ta’ grad AD 5 ta’ ċittadinanza Ungeriża u t-talba għal kumpens.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

G. Bartha għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu u huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

____________

1 ĠU C 25, 28.01.2013, p. 68.