Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) ta' l-10 ta' Lulju 2008 - Cathy Sapara vs Eurojust

(Kawża F-61/06)1

(Uffiċjali - Membri tal-persunal temporanju - Reklutaġġ - Perijodu ta' prova - Estensjoni tal-perijodu ta' prova - Tkeċċija fit-tmiem tal-perijodu ta' prova - Obbligu ta' motivazzjoni - Drittijiet tad-difiża - Żball manifest ta' evalwazzjoni - Abbuż psikoloġiku)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Cathy Sapara (L-Aja, l-Olanda) (rappreżentanti: G. Vandersanden u C. Ronzi, avukati)

Konvenuta: Eurojust (rappreżentant: L. Defalque, avukat)

Suġġett

Minn naħa, annullament tad-deċiżjoni ta' EUROJUST tas-6 ta' Lulju 2005 li ttemm il-kuntratt ta' membru tal-persunal temporanju fit-tmiem tal-perijodu ta' reklutaġġ tiegħu u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 165, 15.07.2006, p. 35.