Language of document :

Appell ippreżentat fl-4 ta’ Diċembru 2019 minn l-Irlanda mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla Estiża) fl-24 ta’ Settembru 2019 fil-Kawża T-755/15 u T-759/15, Il-Lussemburgu u Fiat Chrysler Finance Europe vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-898/19 P)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: L-Irlanda (rappreżentanti: M. Browne, A. Joyce, J. Quaney, P. Gallagher SC, aġenti, S. Kingston, B. Doherty, BL)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, Fiat Chrysler Finance Europe, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Settembru 2019 fil-Kawżi Magħquda T-755/15 u T-759/15, Luxembourg u Fiat Chrysler Finance Europe vs Il-Kummissjoni;

tannulla d-deċiżjoni 1 tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Ottubru 2015; u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-kawża odjerna.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-ewwel aggravju: il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fl-applikazzjoni tal-Artikolu 107(1) TFUE, u tal-prinċipju msejjaħ “ta’ kompetizzjoni sħiħa”.

It-tieni aggravju: il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fl-applikazzjoni tal-Artikolu 107(1) TFUE, u fl-analiżi tagħha ta’ natura selettiva.

It-tielet aggravju: il-Qorti Ġenerali naqset mill-obbligu tagħha li tipprovdi motivazzjoni għas-sentenza tagħha.

Ir-raba’ aggravju: il-Qorti Ġenerali kisret il-prinċipju ta’ ċertezza legali billi aċċettat li l-Kummissjoni tista’ tistħarreġ id-deċiżjonijiet tal-amministrazzjonijiet fiskali nazzjonali abbażi ta’ verżjoni tal-Kummissjoni tal-prinċipju ta’ kompetizzjoni sħiħa, li kien imprevedibbli u li l-kontenut tiegħu ma huwiex magħruf.

Il-ħames aggravju: il-Qorti Ġenerali kisret l-Artikoli 4 u 5 TUE, meta użat b’mod żbaljat ir-regoli fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat sabiex tarmonizza r-regoli tal-Istati Membri dwar it-taxxa diretta.

____________

1 Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2326 tal-21 ta’ Ottubru 2015 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.38375 (2014/C) (ex 2014/NN) implimentata mil-Lussemburgu għal Fiat (notifikata bid-dokument numru C(2015) 7152) (ĠU 2016, L 351, p. 1).