Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fl-10 ta’ Diċembru 2019 – DQ vs Ministre de la Transition écologique et solidaire, Ministre de l’Action et des Comptes publics

(Kawża C-903/19)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: DQ

Konvenuti: Ministre de la Transition écologique et solidaire, Ministre de l’Action et des Comptes publics

Domanda preliminari

Il-benefiċċju tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 11(1) tal-Anness VIII tar-Regolament li jistabbilixxi r-Regolamenti tal-Persunal tal-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej kif ukoll ir-Regolamenti tal-Persunal applikabbli għall-membri tal-persunal l-oħra 1 , kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 723/2004 tat-22 ta’ Marzu 2004 2 , huwa rriżervat biss għall-uffiċjali u għall-membri tal-persunal bil-kuntratt impjegati għall-ewwel darba f’amministrazzjoni nazzjonali wara li kienu impjegati bħala uffiċjal, membru tal-persunal bil-kuntratt jew membru tal-persunal temporanju f’istituzzjoni tal-Unjoni Ewropea, jew huwa miftuħ ukoll għall-uffiċjali u għall-membri tal-persunal bil-kuntratt li qegħdin jerġgħu lura fis-servizz ta’ amministrazzjoni nazzjonali wara li eżerċitaw funzjonijiet f’istituzzjoni tal-Unjoni Ewropea u kienu, matul dan il-perijodu, ingħataw status mhux attiv jew leave għal raġunijiet personali?

____________

1     Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 tad-29 ta’ Frar 1968 li jistabbilixxi r-Regolamenti tal-Persunal ta’ l-uffiċjali u l-kondizzjonijiet ta’ impjieg ta’ uffiċjali oħra tal-Komunitajiet Ewropej u li jistabbilixxi miżuri temporanji applikabbli għall-Uffiċjali tal-Kummissjoni (Ir-Regolamenti ta’ l-lstaff) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 2, p. 5, rettifiki fil-ĠU 2007, L 248, p. 27, u fil-ĠU 2016, L 289, p. 21).

2     Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 723/2004 tat-22 ta’ Marzu 2004 Li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal ta’ l-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u l-Kondizzjonijiet ta’ l-Impjieg ta’ ħaddiema oħra tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 2, p. 130, rettifiki fil-ĠU 2007, L 248, p. 26, fil-ĠU 2012, L 130, p. 24, fil-ĠU 2012, L 342, p. 48, u fil-ĠU 2016, L 289, p. 21).