Language of document :

Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Ottubru 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-119/14)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: L. Levi u A. Blot, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ttemm il-proċedura mibdija bil-għan li r-rikorrenti tinħatar bħala uffiċjal, billi din tal-aħħar tniżżlet f’lista ta’ riżerva ta’ kompetizzjoni, wara li informatha li d-DĠ ikkonċernat kien ta l-kunsens tiegħu sabiex ir-rikorrenti tiġi rreklutata, u wara li qieset li l-esperjenza professjonali tagħha ma kinitx suffiċjenti.

Talbiet tar-rikorrenti

Jannulla d-deċiżjoni tas-17 ta’ Diċembru 2013, li permezz tagħha d-Direttorat Ġenerali tar-Riżorsi Umani (“DG HR”) tal-Kummissjoni Ewropea, fil-kwalità tiegħu ta’ Awtorità tal-Ħatra, irrifjuta li jirrikluta lir-rikorrenti bħala uffiċjal mad-Direttorat Ġenerali tal-Ġustizzja u tal-Affarijiet Interni (“DG JUST”);

jannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tal-14 ta’ Lulju 2004 li tiċħad l-ilment imressaq mir-rikorrenti kontra d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tas-17 ta’ Diċembru 2013;

jikkundanna lill-konvenuta għall-ħlas ta’ EUR 26 132.85, flimkien mal-interessi moratorji, u għall-ħlas tal-kontribuzzjonijiet fl-iskema ta’ pensjoni b’effett mix-xahar ta’ Settembru 2013;

jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ħlas ta’ ewro bħala dannu morali;

jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha.