Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fit-3 ta’ April 2013 – Stanislav Gross vs Hauptzollamt Braunschweig

(Kawża C-165/13)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Stanislav Gross

Konvenuta: Hauptzollamt Braunschweig

Domandi preliminari

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 9(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/12/KEE, tal-25 ta’ Frar 1992, dwar l-arranġamenti ġenerali għall-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa u dwar iż-żamma, ċaqliq u mmonitorjar ta’ dan it-tip ta’ prodotti 1 , bla ħsara għar-relazzjoni kuntestwali tiegħu mal-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 92/12/KEE, jipprekludi dispożizzjoni leġiżlattiva ta’ Stat Membru li tipprovdi li persuna li, għall-finijiet kummerċjali, iżżomm prodotti suġġetti għal sisa li ġew offruti għall-konsum fi Stat Membru ieħor, ma tkunx responsabbli għall-ħlas tat-taxxa meta hija takkwista l-imsemmija prodotti minn persuna oħra biss wara t-tmiem tat-tranżazzjoni tad-dħul?

____________

1 ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 179.