Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-cour d’appel de Bruxelles (il-Bejġju) fl-14 ta’ Jannar 2020 – Top System SA vs L-Istat Belġjan

(Kawża C-13/20)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour d’appel de Bruxelles

Partijiet fil-kawża prinċipali

Appellanti: Top System SA

Appellat: L-Istat Belġjan

Domandi preliminari

L-Artikolu 5(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/250/KEE tal-14 ta’ Mejju 1991 dwar il-protezzjoni legali ta’ programmi tal-kompjuter 1 għandu jiġi interpretat fis-sens li jippermetti lix-xerrej leġittimu ta’ programm tal-kompjuter jiddekumpila l-programm kompletament jew parzjalment meta din id-dekumpilazzjoni tkun neċessarja sabiex huwa jkun jista’ jikkoreġi żbalji li jaffettwaw il-funzjonament tal-imsemmi programm, inkluż meta l-korrezzjoni tikkonsisti fid-diżattivazzjoni ta’ funzjoni li taffettwa l-funzjonament tajjeb tal-applikazzjoni li minnha jagħmel parti dan il-programm?

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv, għandhom barra minn hekk jiġu ssodisfatti l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 6 tad-Direttiva jew kundizzjonijiet oħra?

____________

1 ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 114.