Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supreme Court (l-Irlanda) fis-6 ta’ Awwissu 2018 – Minister for Justice and Equality vs PF

(Kawża C-509/18)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Supreme Court

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Minister for Justice and Equality

Konvenut: PF

Domandi preliminari

Il-kriterji li jippermettu li jiġi stabbilit jekk prosekutur innominat bħala awtorità ġudizzjarja emittenti fis-sens tal-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Qafas 1 huwiex awtorità ġudizzjarja fis-sens awtonomu msemmi f’din id-dispożizzjoni huma (1) l-indipendenza tal-prosekutur fil-konfront tas-setgħa eżekuttiva u (2) il-fatt li l-prosekutur jitqies, fi ħdan l-ordinament ġuridiku tiegħu stess, bħala responsabbli mill-amministrazzjoni tal-ġustizzja jew li jipparteċipa fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja?

Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv, liema huma l-kriterji li permezz tagħhom qorti nazzjonali għandha tiddetermina jekk prosekutur innominat bħala awtorità ġudizzjarja emittenti fis-sens tal-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Qafas huwiex awtorità ġudizzjarja fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni?

Sa fejn il-kriterji jinkludu r-rekwiżit li l-prosekutur ikun responsabbli mill-amministrazzjoni tal-ġustizzja jew jipparteċipa fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja, dan ir-rekwiżit għandu jiġi evalwat fid-dawl tal-istatus li huwa jokkupa fi ħdan l-ordinament ġuridiku tiegħu stess jew fid-dawl ta’ ċerti kriterji oġġettivi? F’dan il-każ tal-aħħar, liema huma l-kriterji oġġettivi rilevanti?

Il-prosekutur tar-Repubblika tal-Litwanja huwa awtorità ġudizzjarja fis-sens awtonomu msemmi fl-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI?

____________

1     Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri (2002/584/ĠAI) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 34, u rettifika ĠU 2009, L 17, p. 45).