Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-8 ta' Lulju 2010 - Magazzu vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-126/06) 1

"Servizz pubbliku -Uffiċjali - Ħatra - Membri tal-persunal temporanju maħtura bħala uffiċjali - Kandidati mniżżla f'lista ta' riżerva ta' kompetiżżjoni ppubblikata qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolamenti tal-Persunal il-ġodda - Klassifikazzjoni fi grad bl-applikazzjoni tar-regoli l-ġodda inqas favorevoli - Drittijiet kweżiti - Prinċipju ta' nondiskriminazzjoni - Artikoli 2, 5 u 12 tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal"

Lingwa tal-kawża:il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Salvatore Magazzu (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment minn T. Bontinck u J. Feld, avukati, sussegwentement minn T. Bontinck u S. Woog, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u G. Berscheid, aġenti)

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra, tat-13 ta' Diċembru 2005, li permezz tagħha r-rikorrent, membri tal-persunal temporanju kklassifikat fil-grad A*11 u li għadda mill-kompetizzjoni ġenerali KOM/A/18/04, ġie maħtur bħala uffiċjal fil-grad A*6, skala 2, b'applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 310, 16.12.2006.