Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-8 ta' Novembru 2007 - Deffaa vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-125/06)1

(Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Riforma tar-Regolamenti - Trasferiment - Impjieg ta' direttur generali - Grad - Artikolu 7(1) tar-Regolamenti - Artikolu 29(1) tar-Regolamenti - It-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 44 tar-Regolamenti - Artikolu 45(1) tar-Regolamenti - Allowance tad-differenza)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Walter Deffaa (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Currall u H. Kraemer, aġenti)

Suġġett tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni tal-President tal-Kummissjoni tat-12 ta' Jannar 2006 li tagħti promozzjoni lir-rikorrent għall-kariga ta' direttur ġenerali safejn din tiffissa l-klassifikazzjoni tiegħu fil-grad A*15, skala 4, b'effett mill-1 ta' Awwissu 2004.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 310, 16.12.2006, p.32.