Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tas-6 ta' Mejju 2009 - Campos Valls vs Il-Kunsill

(Kawża F-39/07)1

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Reklutaġġ - Nomina - Pożizzjoni ta' kap ta' diviżjoni - Ċaħda tal-kandidatura ta' rikorrent - Kundizzjonijiet meħtieġa mill-avviż ta' pożizzjoni vakanti - Żball manifest ta' evalwazzjoni)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Manuel Campos Valls (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill (rappreżentanti: M. Arpio Santacruz u I. Šulce, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, l-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Awtorità tal-Ħatra li jiċħdu l-kandidatura tar-rikorrent għall-pożizzjoni ta' Kap tad-Diviżjoni Spanjola fid-DĠ A, Direttorat III - Traduzzjoni u produzzjoni tad-dokumenti - Dipartiment lingwistiku, imsemmi mill-Komunikazzjoni lill-Persunal CP46/06 u, min-naħa l-oħra, in-nomina ta' kandidat ieħor għal din il-kariga.

Dispożittiv

    Ir-rikors huwa miċħud.

    Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.

____________

1 - ĠU C 129, 9.6.2007, p. 28.