Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-28 ta' Ġunju 2011 - Mora Carrasco et vs Il-Parlament
(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Trasferiment interistituzzjonali matul il-proċedura ta' promozzjoni li matula l-uffiċjal ġie promoss fl-istituzzjoni tiegħu ta' oriġini - Istituzzjoni kompetenti sabiex tiddeċiedi dwar il-promozzjoni tal-uffiċjal trasferit)
Lingwa tal-kawża:Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Aurora Mora Carrasco et (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: O. Caisou-Rousseau u J. F. de Wachter, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjonijiet li r-rikorrenti ma jiġux promossi skont il-proċedura ta' promozzjoni 2009.
Dispożittiv
Ir-rikors huwa miċħud.
Il-Parlament Ewropew għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, l-ispejjeż tar-rikorrenti.
____________1 - ĠU C 63, 26.02.11, p. 35.