Rikors ippreżentat fid-19 ta' Jannar 2009 - Menghi vs ENISA
(Kawża F-2/09)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Achille Menghi (Cagliari, l-Italja) (rappreżentant: L. Defalque, avukat)
Konvenuta: Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
L-annullament tad-deċiżjoni li ma tikkonfermax il-kuntratt tar-rikorrent wara l-perijodu ta' prova, kif ukoll talba għal kumpens għad-dannu finanzjarju u morali mġarrab.
Talbiet tar-rikorrent
Jannulla d-deċiżjoni tat-3 ta' Ottubru 2008 li tiċħad l-ilment tar-rikorrent fir-rigward tad-deċiżjoni tal-Awtorità awtorizzata tikkonkludi l-kuntratti ta' impjieg tal-14 ta' Marzu 2008 li ma tikkonfermax il-kuntratt tiegħu;
konsegwentement, jannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità awtorizzata tikkonkludi l-kuntratti ta' impjieg tal-14 ta' Marzu 2008 li ma tikkonfermax il-kuntratt tar-rikorrent;
jikkundanna lill-Awtorità awtorizzata tikkonkludi l-kuntratti tal-impjieg sabiex tikkumpensa lir-rikorrent għad-dannu finanzjarju mġarrab minħabba li l-kuntratt ta' impjieg tiegħu għal perijodu ta' tliet snin ma ġiex ikkonfermat, għad-dannu finanzjarju mġarrab minħabba l-ispejjeż mediċi li kellu jagħmel, għad-dannu morali mġarrab minħabba l-fastidju psikoloġiku;
jikkundanna lill-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni għall-ispejjeż.
____________