Language of document :

Rikors ippreżentat fil-10 ta' Ġunju 2009 - Pascual García vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-58/09)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrent: César Pascual García (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: B. Cortese u C. Cortese, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li timpjega lir-rikorrent bħala assistent tekniku, mill-10 ta' Marzu 2009, fil-klassifikazzjoni ta' AST3/grad 2, sa fejn ma tipprovdix sabiex tagħtih id-drittijiet u l-paga neċessarji sabiex tiġi żgurata eżekuzzjoni korretta tas-sentenza tal-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-22 ta' Mejju 2008 fil-Kawża F-145/06, Pascual García vs Il-Kummissjoni.

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li timpjega lir-rikorrent bħala assistent tekniku, mill-10 ta' Marzu 2009, fil-klassifikazzjoni AST3/grad 2, sa fejn ma tipprovdix sabiex tagħtih id-drittijiet u l-paga neċessarji sabiex tiġi żgurata eżekuzzjoni korretta tas-sentenza tal-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-22 ta' Mejju 2008 fil-Kawża F-145/06, Pascual García vs Il-Kummissjoni u b'mod partikolari:

a) sa fejn ma tipprovdix li l-anzjanità ta' servizz tar-rikorrent tiġi kkalkolata b'riferiment għall-1 ta' April 2006, għal finijiet ta' progress fil-klassifikazzjoni, għal fini tad-drittijiet għall-pensjoni u għal kull fini ieħor rilevanti;

b) sa fejn tiċħad lir-rikorrent id-dritt għall-allowance ta' espatrijazzjoni skont l-Artikolu 4(1) tal-Anness VII tar-Regolamenti;

tannulla sa fejn huwa neċessarju d-deċiżjoni tal-10 ta' Marzu 2009 li tiċħad l-ilment imressaq mir-rikorrent fl-istess data, intiż sabiex jikseb id-drittijiet u l-paga neċessarji sabiex tiġi żgurata eżekuzzjoni korretta tas-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-22 ta' Mejju 2008 fil-Kawża F-145/06, Pascual García vs Il-Kummissjoni, inklużi d-diversi emolumenti u allowances dovuti, flimkien mal-imgħax;

sussidjarjament, tikkundanna lill-Kummissjoni għall-kumpens tad-dannu li jikkorrispondi għan-nuqqas ta' rikonoxximent tal-allowance ta' espatrijazzjoni;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

____________