Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte suprema di cassazione (l-Italja) fil-11 ta’ April 2019 – Istituto Nazionale della Previdenza Sociale vs VR

(Kawża C-303/19)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte suprema di cassazione

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Istituto Nazionale della Previdenza Sociale

Konvenut: VR

Domanda preliminari

L-Artikolu 11(1)(d) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE tal-25 ta’ Novembru 2003 1 kif ukoll il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament bejn residenti għat-tul u ċittadini nazzjonali għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi, bil-kontra ta’ dak li huwa previst fir-rigward taċ-ċittadini tal-Istat Membru, li l-membri tal-familja tal-ħaddiem resident għat-tul u li ġej minn pajjiż terz, jekk huma jirrisjedu fil-pajjiż terz ta’ oriġini, huma esklużi miċ-ċirku tal-membri tan-nukleu familjari meħuda inkunsiderazzjoni għall-finijiet tal-kalkolu tal-allowance għan-nuklei familjari?

____________

1     Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE tal-25 ta’ Novembru 2003 dwar l-istatus ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu residenti għat-tul (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 272).