Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tas-26 ta’ Ġunju 2013 – BM vs BĊE

(Kawża F-106/11) 1

“Servizz pubbliku – Persunal tal-BĊE – Proċedura dixxiplinari – Sanzjoni dixxiplinari – Twissija bil-miktub”

Lingwa tal-kawża:l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: BM (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentanti: L. Levi u M. Vandenbussche, avukati)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (rappreżentanti: inizjalment P. Embley, M. López Torres u E. Carlini, aġenti, sussegwentement M. López Torres u E. Carlini, aġenti u assistiti minn B. Wägenbaur, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tad-Deputat Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali tar-Riżorsi Umani, il-Baġit u l-Organizzazzjoni tal-BĊE li tingħata twissija lir-rikorrenti.

Dispożittiv tas-sentenza

Ir-rikors huwa miċħud.

BM għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess u għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż sostnuti mill-Bank Ċentrali Ewropew.

____________

1 ĠU C 25, 28.01.12, p. 68.