Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Tributário de Lisboa (il-Portugall) fit-28 ta’ Settembru 2018 – Estado do Canadá vs Autoridade Tributária e Aduaneira
(Kawża C-613/18)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal Tributário de Lisboa
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Estado do Canadá
Konvenuta: Autoridade Tributária e Aduaneira
Domanda preliminari
Fil-qasam tat-tassazzjoni tad-dividendi ddistribwiti minn kumpannija stabbilita fit-territorju nazzjonali lil entità mhux residenti, l-eżistenza ta’ rata effettiva tal-IRC (it-taxxa fuq id-dħul tal-persuni ġuridiċi) applikata fuq l-entitajiet residenti f’pajjiż terz iktar oneruża minn dik applikabbli għal resident ta’ natura identika fit-territorju nazzjonali, hija kompatibbli mal-prinċipju ta’ projbizzjoni tar-restrizzjoni tal-moviment ta’ kapital bejn Stati Membri u pajjiżi terzi?
____________