Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Contencioso-Administrativo de A Coruña (Spanja) fl-24 ta’ Jannar 2019 – Compañía de Tranvías de la Coruña, S.A. vs Ayuntamiento de A Coruña
(Kawża C-45/19)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Juzgado de lo Contencioso-Administrativo de A Coruña
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Compañía de Tranvías de la Coruña, S.A.
Konvenut: Ayuntamiento de A Coruña
Domanda preliminari
Fid-dawl tal-Artikolu 8(3)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 1 , it-terminu massimu tal-kuntratti stabbilit għal tletin sena minn din id-dispożizzjoni jibda jiddekorri (a) mill-għoti jew mill-konklużjoni tal-kuntratt, (b) mid-dħul fis-seħħ ta’ din id-dispożizzjoni, (c) mill-ġurnata ta’ wara l-iskadenza tal-perijodu tranżitorju stabbilit fl-Artikolu 8(2) ta’ dan ir-regolament (it-3 ta’ Diċembru 2019), jew (d) minn kwalunkwe data oħra stabbilita mill-Qorti tal-Ġustizzja?
____________
1 Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 dwar servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nri 1191/69 u 1107/70 (ĠU 2007, L 315, p. 1).