Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-8 ta’ Mejju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden – il-Pajjiżi l-Baxxi) – SF vs Inspecteur van de Belastingdienst

(Kawża C-631/17) 1

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Sigurtà soċjali tal-ħaddiema migranti – Regolament (KE) Nru 883/2004 – Artikolu 11(3)(e) – Ċittadin ta’ Stat Membru impjegat bħala baħri abbord vapur li jtajjar bandiera ta’ Stat terz – Persuna li timpjega stabbilita fi Stat Membru differenti minn dak ta’ residenza tal-ħaddiem – Determinazzjoni tal-leġiżlazzjoni applikabbli)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: SF

Konvenut: Inspecteur van de Belastingdienst

Dispożittiv

L-Artikolu 11(3)(e) tar-Regolament Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali, kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 465/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012, għandu jiġi interpretat fis-sens li sitwazzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li fiha persuna, waqt li tkun qed taħdem bħala baħri f’isem persuna li timpjega stabbilita fi Stat Membru, fuq vapur li jtajjar bandiera ta’ Stat terz u li jkun qed ibaħħar barra mit-territorju tal-Unjoni Ewropea, tkun żammet ir-residenza tagħha fl-Istat Membru ta’ oriġini tagħha, taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni, b’tali mod li l-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli tkun dik tal-Istat Membru ta’ residenza ta’ din il-persuna.

____________

1     ĠU C 63, 19.2.2018.