Rikors ippreżentat fil-5 ta' April 2011 - ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-36/11)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (Etterbeck, il-Belġju) (rappreżentanti: T. Bontinck u S. Woog, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett
Minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni li l-kuntratt tar-rikorrent ma jiġix estiż wara li jiskadi u, b'hekk, ir-reintegrazzjoni tiegħu fil-kariga mill-1 ta' Novembru 2010. Min-naħa l-oħra, il-kundanna tal-Kummissjoni sabiex tħallas lir-rikorrent is-somma ta' EUR 10 000 għad-danni morali subiti u sabiex isostni l-oneru finanzjarju inkors fil-kuntest tal-proċedura prekontenzjuża.
Talbiet tar-rikorrent
tannulla d-deċiżjoni li tinsab fin-nota tat-30 ta' Awwissu 2010 li permezz tagħha ġie kkomunikat lir-rikorrent li l-kuntratt tiegħu ma kienx ser jiġi estiż wara li jiskadi;
b'hekk, tirreintegra lir-rikorrent fil-kariga tiegħu fid-delegazzjoni fl-Albanija mill-1 ta' Novembru 2010 u tikkundanna lill-konvenuta għall-ħlas tar-remunerazzjoni tiegħu b'effett retroattiv. Fin-nuqqas ta' tali reintegrazzjoni, tikkundanna lill-konvenuta għall-ħlas ta' allowance għal qagħad sakemm ir-rikorrent isib fejn jiġi rreklutat;
tirtira d-deċiżjoni kkontestata mill-fajl personali tar-rikorrent kif ukoll minn kull dokument marbut ma' din il-kawża;
tikkundanna lill-Kummissjoni sabiex tħallas lir-rikorrent is-somma ta' EUR 10 000 għad-danni morali subiti, bil-possibbiltà ta' żieda matul il-kawża, kif ukoll sabiex issostni l-oneru finanzjarju inkors fil-kuntest tal-proċedura prekontenzjuża;
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
____________