Language of document : ECLI:EU:F:2008:126

SENTENZA TAT-TRIBUNAL GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU
(It-Tieni Awla)

9 ta’ Ottubru 2008

Kawża F-49/06

Bart Nijs

vs

Il-Qorti tal-Awdituri tal-Komunitajiet Ewropej

“Servizz pubbliku – Uffiċjali – Promozzjoni – Proċedura ta’ promozzjoni 2005”

Suġġett: Rikors, ippreżentat skont l-Artikoli 236 KE u 152 KEEA, li permezz tiegħu B. Nijs jitlob l-annullament tad-deċiżjoni li ma jiġix promoss fl-2005, u ta’ “kull deċiżjoni konnessa u/jew sussegwenti”, kif ukoll il-kundanna tal-Qorti tal-Awdituri sabiex tikkumpensah għad-danni kollha materjali u morali li huwa sofra wara l-illegalitajiet allegatament imwettqa mill-Qorti tal-Awdituri.

Deċiżjoni: Ir-rikors huwa miċħud bħala parzjalment inammissibbli u parzjalment infondat. Ir-rikorrent huwa kkundannat għall-ispejjeż.

Sommarju

Proċedura – Spejjeż – Spejjeż frivoli u vessatorji

(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 87(3))

Hemm lok li jiġi applikat it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 87(3) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza u li jiġi kkundannat għall-ispejjeż kollha tal-kawża l-uffiċjal li jressaq motivi aggressivi partikolarment eċċessivi, li jistrieħu fuq numru kbir ta’ konġetturi u ta’ insinwazzjonijiet, mingħajr rilevanza fil-konfront tas-suġġett tar-rikors jew li ma jistgħux jiġu ssostanzjati fid-dritt, u fejn ċerti partijiet mit-test kellhom barra minn hekk jitħassru minħabba n-natura diffamatorja tagħhom.

(ara l-punti 81 u 82)