Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Overijssel (l-Olanda) fil-25 ta’ Mejju 2020 – XXXX vs Staatssecretaris van Financiën

(Kawża C-217/20)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank Overijssel

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: XXXX

Konvenut: Staatssecretaris van Financiën

Domandi preliminari

L-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/88/KE 1 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-ħaddiem li jeżerċita d-dritt tiegħu għal-leave annwali ma jitlifx, minħabba f’hekk, ir-remunerazzjoni tiegħu jew parti minnha? Jew inkella din id-dispożizzjoni għandha tiġi interpretata fis-sens li l-ħaddiem iżomm ir-remunerazzjoni tiegħu meta huwa jeżerċita d-dritt tiegħu għal-leave annwali, indipendentement mir-raġuni li għaliha huwa ma jaħdimx matul il-leave tiegħu?

L-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/88/KE […] għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjonijiet jew prattiki nazzjonali skont liema ħaddiem li jkun f’inkapaċità għax-xogħol minħabba mard u li jieħu l-leave annwali tiegħu jżomm ir-remunerazzjoni tiegħu fil-livell li huwa kellu qabel ma ħa l-leave annwali tiegħu, anki jekk, minħabba l-perijodu twil tal-inkapaċità għax-xogħol tiegħu, din ir-remunerazzjoni tkun inqas minn dik li tikkorrispondi għal kapaċità sħiħa għax-xogħol?

Id-dritt ta’ kull ħaddiem għal-leave annwali mħallas taħt l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88 […] u l-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jipprekludi t-tnaqqis tar-remunerazzjoni waqt leave meħud matul inkapaċità għax-xogħol?

____________

1 ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 381.