Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-4 ta' Mejju 2010 - Petrilli vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-100/08)1

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Pensjonijiet - Kunċett ta' residenza - Residenza prinċipali - Dokumenti ta' sostenn)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Alessandro Petrilli (Grottammare, l-Italja) [rappreżentanti: J.-L. Lodomez u J. Lodomez, avukati]

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea [rappreżentanti: J. Currall u D. Martin, aġenti]

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li tiffissa r-residenza prinċipali tar-rikorrent.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

A. Petrilli huwa kkundannat għall-ispejjeż kollha.

____________

1 - ĠU C 55, 07.03.2009, p. 52.