Language of document :

Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tas-26 ta' Ġunju 2008 - Nijs vs Il-Qorti ta' l-Awdituri

(Kawża F-5/07)1

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Artikolu 44(1)(ċ) tar-Regoli ta' Proċedura tal-Qorti tal-Prim'Istanza - Sunt tal-motivi mressqa fir-rikors - Terminu għall-kontestazzjoni - Fatt ġdid - Inammissibilità manifesta)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Bart Nijs (Bereldange, Il-Lussemburgu) (rappreżentant: F. Rollinger, avukat)

Konvenuta: Il-Qorti ta' l-Awdituri (rappreżentanti: T. Kennedy, J.-M. Stenier, G. Corstens u J. Vermer, aġenti)

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni ta' l-Awtorità tal-Ħatra li ma ppromwovitx lir-rikorrent fil-grad A*11 fil-kuntest tal-proċedura ta' promozzjoni 2006 - Annullament ta' sensiela ta' deċiżjonijiet li jikkonċernaw il-karriera tar-rikorrent u uffiċjali oħra tal-Qorti ta' l-Awdituri - Annullament tar-riżultat ta' l-elezzjonijiet ta' l-2006 tal-Kumitat tal-Persunal ta' din il-Qorti - Talba għad-danni

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment bħala manifestament infondat.

B. Nijs huwa kkundannat għall-ispejjeż kollha.

____________

1 - ĠU C 56, 10.03.2007, p. 44.