Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-15 ta' April 2010 - Matos Martins vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-2/07) 1

(Servizz pubbliku - Membri tal-persunal bil-kuntratt - Sejħa għal turija ta' interess - Proċess ta' selezzjoni - Testijiet ta' pre-selezzjoni - Aċċess għal dokumenti)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: José Carlos Matos Martins (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: M.-A. Lucas, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u G. Berscheid, aġenti)

Suġġett

Fl-ewwel lok, l-annullament tad-deċiżjoni tal-EPSO, tas-27 ta' Frar 2006, li tagħti r-riżultati tat-testijiet ta' pre-selezzjoni għall-membri tal-persunal bil-kuntratt (UE 25), fit-tieni lok, tad-deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix inkluż fid-database tal-kandidati li għaddew minn dawn it-testijiet u, fit-tielet lok, tal-kumplament tal-proċess ta' selezzjoni.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

J. Matos Martins għandu jbati l-ispejjeż tiegħu, bl-eċċezzjoni tal-ispejjeż ta' residenza u trasport li saru sabiex l-avukat tiegħu seta' jikkonsulta d-dokumenti fil-bini tar-Reġistru tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, fit-30 ta' Marzu, fl-1 ta' April u fil-21 ta' Lulju 2009.

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha, kif ukoll dawk ta' J. Matos Martins, previsti fil-punt 2 iktar 'il fuq.

____________

1 - ĠU C 56, 10.03.2007, p. 43.