Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Hamburg (il-Ġermanja) fit-28 ta’ Lulju 2020 – UW vs Ryanair DAC
(Kawża C-346/20)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Amtsgericht Hamburg
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: UW
Konvenuta: Ryanair DAC
Domanda preliminari
L-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 1 għandu jiġi interpretat fis-sens li d-dewmien fit-tul ta’ titjira jista’ jkun “dovut” għal ċirkustanzi eċċezzjonali anki jekk dawn iċ-ċirkustanzi jkunu seħħew matul titjira preċedenti mill-ajruplan skedat il-ġurnata ta’ qabel?
Il-kawża tneħħiet mir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja permezz ta’ digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta’ Awwissu 2020.
____________
1 ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10.