Language of document :

Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Mejju 2014 – Fih Holding u Fih Erhversbank vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-386/14)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Fih Holding A/S (Kopenħagen, id-Danimarka); u Fih Erhversbank A/S (Kopenħagen) (rappreżentant: O. Koktvedgaard, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Marzu 2014 C(2014) 1280 finali dwar l-għajnuna mill-Istat SA.34445 (2012/c) implementata mid-Danimarka għat-trasferiment ta’ assi relatati mal-proprjetà minn FIH lejn FSC; u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni kkontestata tikser l-Artikolu 107(1) TFEU sa fejn il-Kummissjoni ddeċidiet “li l-ebda operatur tas-suq ma kien ikun lest li jinvesti b’termini u kundizzjonijiet ekwivalenti għal dawk tal-ftehim tax-xiri tal-azzjonijiet” (premessa 93), li “konsegwentement il-miżuri ma humiex konformi mal-MEOP” (premessa 93 u 99), u fl-Artikolu 1(1) li l-assi ttrasferiti jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li l-FSC ma għandhiex tiġi pparagunata ma’ investitur privat iggwidat mill-prospetti ta’ profitabbiltà fit-tul tal-kapital investit, iżda ma’ kreditur privat li jfittex li jikseb il-ħlas ta’ ammonti dovuti lilu minn debitur f’diffikultajiet finanzjarji, minħabba responsabbiltajiet ta’ FSC li kienu jeżistu minn qabel.

It-tielet motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni kkontestata tikser l-Artikolu 107(1) TFEU sa fejn hija tistabbilixxi fil-premessa 116 effett ta’ salvataġġ tal-kapital gross tal-miżuri għal DKK 375 miljun, li kellhom jitħallsu, u l-valur tat-trasferiment għal DKK 254 miljun ʼil fuq mill-valur ekonomiku reali, li kellu jiġi irkuprat, u fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 1 u t-Term Sheet, impenn 6, jissuġġetta l-approvazzjoni għan dan.Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni kkontestata tikser l-Artikolu 107(1) TFEU sa fejn il-Kummissjoni stabbilixxiet fil-premessa 103(a) “benefiċċju relatat mal-formula tal-ftehim tax-xiri tal-azzjonijiet (DKK 0.73 biljun)”, u fil-premessa 103(b) “ħlas preċedenti ta’ investiment fl-ekwità (DKK 1.33 biljun)”. Minħabba dan ma hemmx bażi għat-talba għall-ħlas tas-salvataġġ tal-kapital imressqa mill-Kummissjoni fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 1 u fl-impenn Nru 6.Il-ħames motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni interpretat b’mod żbaljat it-termini tal-Ftehim meta l-Kummissjoni kkonkludiet li FIH għandha tħallas lura DKK 254 miljun lil FSC (premessa 116) bħala d-differenza bejn il-valur tat-trasferiment u l-valur ekonomiku reali tal-assi.Is-sitt motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni kkontestata tikser l-Artikolu 296 TFEU u l-Artikolu 41(2)(ċ) tal-Karta peress li l-Kummissjoni naqset milli tosserva l-obbligu proċedurali essenzjali tagħha li tipprovdi raġunijiet g

ħad-deċiżjoni tagħha.