Language of document :

Appell ippreżentat fit-22 ta’ Ġunju 2018 minn Anthony Andrew King mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fl-10 ta’ April 2018 fil-Kawża T-810/17, King vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-412/18 P)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Anthony Andrew King (rappreżentant: P. McKenna, Solicitor)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

B’digriet tat-22 ta’ Novembru 2018, il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) iddeċidiet li l-appell huwa inammissibbli.

____________