Language of document : ECLI:EU:T:2013:180





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tat-12 ta’ April 2013 — SAZAS vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑420/08)

“Kompetizzjoni — Akkordji — Drittijiet tal-awtur dwar l-eżekuzzjoni pubblika taʼ xogħlijiet mużikali bl-internet, bis-satellita u bit-trażmissjoni mill-ġdid bil-cable — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Tqassim tas-suq ġeografiku — Ftehim bilaterali bejn is-soċjetajiet nazzjonali ta’ ġestjoni kollettiva — Prattika miftiehma li teskludi l-possibbiltà li jingħataw liċenzji multiterritorjali u multirepertorjali — Prova — Preżunzjoni ta’ innoċenza”

1.                     Rikors għal annullament — Stħarriġ tal-legalità — Kriterji — Teħid inkunsiderazzjoni biss tal-punti ta’ fatt u ta’ liġi eżistenti fid-data tal-adozzjoni tal-att ikkontestat (Artikolu 230 KE) (ara l-punt 70)

2.                     Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur — Prova tal-ksur li għandha tiġi prodotta mill-Kummissjoni — Portata tal-oneru probatorju (Artikolu 81(1) KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 2) (ara l-punti 83, 130)

3.                     Dritt tal-Unjoni — Prinċipji — Drittijiet fundamentali — Preżunzjoni ta’ innoċenza — Proċeduri fil-qasam tal-kompetizzjoni — Deċiżjoni li tikkonstata ksur iżda li ma timponix multa — Applikabbiltà (Artikolu 81(1) KE; Artikolu 6(2) UE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 48(1)) (ara l-punti 84-88)

4.                     Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur — Modalità ta’ prova — Użu ta’ sensiela ta’ indizji — Grad ta’ saħħa probatorja neċessarja fir-rigward tal-indizji kkunsidrati individwalment — Provi bbażati biss fuq l-aġir tal-impriżi — Obbligi probatorji tal-impriżi li jikkontestaw ir-realtà tal-ksur — Obbligi tal-Kummissjoni li jikkontestaw il-plawżibbiltà tal-ispjegazzjonijiet mogħtija mill-impriżi (Artikolu 81(1) KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 2) (ara l-punti 89-93, 99, 153)

5.                     Akkordji — Projbizzjoni — Akkordji li jestendu l-effetti tagħhom lil hinn mit-tmiem formali tagħhom — Applikazzjoni tal-Artikolu 81 KE (Artikolu 81(1) KE) (ara l-punt 115)

6.                     Akkordji — Prattika miftiehma — Aġir parallel — Preżunzjoni ta’ eżistenza ta’ ftehim — Limiti — Rifjut, mis-soċjetajiet nazzjonali ta’ ġestjoni tad-drittijiet tal-awtur, li jħallu utent stabbilit fi Stat Membru ieħor jaċċedi direttament għar-repertorju tagħhom — Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni (Artikolu 81(1) KE) (ara l-punt 129)

7.                     Rikors għal annullament — Stħarriġ ġudizzjarju — Limiti tal-ġurisdizzjoni (Artikolu 230 KE) (ara l-punt 175)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 3435 finali, tas‑16 taʼ Lulju 2008, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/C2/38.698 – CISAC).

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 3435 finali, tas‑16 taʼ Lulju 2008, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/C2/38.698 – CISAC), huwa annullat, sa fejn jikkonċerna lil Združenje skladateljev, avtorjev in založnikov za zaščito avtorskih pravic Slovenije (SAZAS).

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.