Language of document :

Rikors ippreżentat fit-28 ta' Lulju 2011 - ZZ vs Il-Kunsill

(Kawża F-75/11)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: D. Abreu Caldas, A. Coolen, J.-N. Louis, E. Marchal u S. Orlandi, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li r-rikorrent ma jingħatax il-promozzjoni għall-grad AST 7 fil-proċedura ta' promozzjoni 2007.

Talbiet tar-rikorrent

Tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tat-18 ta' April 2011 li tirrifjuta l-ilment tar-rikorrent kontra d-deċiżjoni li ma jingħatax il-promozzjoni għall-grad AST 7 fil-proċedura ta' promozzjoni 2007;

sa fejn huwa meħtieġ, tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li r-rikorrent ma jingħatax il-promozzjoni għall-grad AST 7 fil-proċedura ta' promozzjoni 2007;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.

____________