Language of document :

Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Frar 2013 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-20/13)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentanti: L. Levi u A. Blot, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni impliċita li tiċħad it-talba tar-rikorrent sabiex jiġi kkumpensat għad-dewmien fl-istabbiliment tar-rapporti ta’ evalwazzjoni tiegħu għas-snin 2008 u 2009.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li b’mod impliċitu tiċħad it-talba tar-rikorrent imressqa fit-13 ta’ Jannar 2012;jekk ikun hemm bżonn, jannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra, tal-20 ta’ Novembru 2012, li tiċħad l-ilment imressaq mir-rikorrent fl-24 ta’ Lulju 2012;jagħti lir-rikorrent is-somma ffissata ex aequo et bono u b’mod provviżorju għal EUR 1 għad-danni materjali subiti u għal EUR 1 għad-danni morali subiti;tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.