Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) fis-16 ta’ Jannar 2020 - XY

(Kawża C-18/20)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: XY

Awtorità konvenuta: Bundesamt für Fremdenwesen und Asyl

Domandi preliminari

1.    Il-kliem “elementi jew sejbiet ġodda” li “ikunu[...] instabu, jew ġew ippreżentati mill-applikant”, li jinsab fl-Artikolu 40(2) u (3) tad-Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali 1 jkopri wkoll ċirkustanzi li kienu jeżistu diġà qabel l-għeluq definittiv tal-proċedura ta’ ażil preċedenti?

Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda:

2.    Fil-każ li jiġu ppreżentati fatti jew provi ġodda li, mingħajr nuqqas imputabbli lill-persuna barranija, ma setgħux jiġu invokati fil-proċedura preċendenti, huwa suffiċjenti li applikant għal ażil ikun jista’ jitlob il-ftuħ mill-ġdid ta’ proċedura preċedenti li tkun ingħalqet b’mod definittiv?

3.    Fil-każ li jkun minħabba nuqqas min-naħa tiegħu li l-applikant għal ażil ma jkunx ippreżenta diġà fil-proċedura ta’ ażil preċedenti l-motivi invokati għall-ewwel darba, l-awtorità tista’ tirrifjuta li teżamina l-mertu ta’ applikazzjoni sussegwenti abbażi ta’ dispożizzjoni nazzjonali li tistabbilixxi prinċipju validu b’mod ġenerali fil-proċedura amministrattiva, minkejja li l-Istat Membru, minħabba li ma adottax dispożizzjonijiet speċjali, ma ttrasponiex b’mod korrett id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 40(2) u (3) tad-Direttiva 2013/32 u għaldaqstant ma għamilx użu b’mod espliċitu mill-possibbiltà – mogħtija mill-Artikolu 40(4) ta’ din id-direttiva – li jipprevedi eċċezzjoni mill-eżami tal-mertu tal-applikazzjoni sussegwenti?

____________

1 ĠU 2013, L 180, p. 60.