Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesarbeitsgericht Hamm (il-Ġermanja) fl-14 taʼ Marzu 2013 - Gülay Bollacke vs K + K Klaas & Kock B.V. & Co. KG

(Kawża C-118/13)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landesarbeitsgericht Hamm

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Gülay Bollacke

Konvenuta: K + K Klaas & Kock B.V. & Co. KG

Domandi preliminari

L-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/88/KE  għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni jew prattika nazzjonali li minnhom jirriżulta li d-dritt għal minimu ta' leave annwali mħallas jintemm kollu mal-mewt tal-ħaddiem, jiġifieri mhux biss id-dritt għal eżenzjoni mill-obbligu ta' xogħol (li ma jkunx għadu jista' jiġi eżegwit), iżda wkoll id-dritt għall-ħlas tal-leave?

L-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2003/88/KE għandu jiġi interpretat fis-sens li mat-tmiem tar-relazzjoni ta' xogħol, id-dritt għal allowance kumpensatorja fir-rigward tal-minimu ta' leave annwali mħallas huwa marbut mal-persuna tal-ħaddiem b'tali mod li dan tal-aħħar jista' jinvoka dan id-dritt biss sabiex ikun jista' jwettaq, anki f'data sussegwenti, l-għanijiet ta' mistrieħ u ta' ħin liberu marbuta mal-għoti tal-leave annwali mħallas?

L-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/88/KE għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-kuntest tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, il-persuna li timpjega hija obbligata, fid-dawl tal-protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema, li tagħti effettivament il-leave lill-ħaddiem sal-aħħar tas-sena kalendarja jew sa mhux iktar tard mill-iskadenza tal-perijodu għall-posponiment tal-leave previst mill-kuntratt ta' xogħol, irrispettivament minn jekk il-ħaddiem ikunx ippreżenta applikazzjoni għal-leave jew le?

____________

1 - Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta' Novembru 2003, li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 381).