Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-10 ta’ Lulju 2014 – CG vs BEI

(Kawża F-103/11) 1

(Servizz pubbliku – Persunal tal-BEI – Fastidju psikoloġiku – Proċedura ta’ investigazzjoni – Deċiżjoni tal-President li ma jingħatax segwitu għal ilment – Opinjoni tal-kumitat ta’ investigazzjoni – Definizzjoni żbaljata tal-fastidju psikoloġiku – Natura intenzjonali tal-aġir – Konstatazzjoni tal-eżistenza tal-aġir u tas-sintomi ta’ fastidju psikoloġu – Tiftixa tar-rabta kawżali – Assenza – Nuqqas ta’ koerenza tal-opinjoni tal-kumitat ta’ investigazzjoni – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Nuqqasijiet amministrattivi – Dmir ta’ kunfidenzjalità – Protezzjoni tad-data personali – Rikors għad-danni)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: CG (rappreżentanti: inizjalment N. Thieltgen, sussegwentement J.-N. Louis u D. de Abreu Caldas, avukati)

Konvenut: BEI (rappreżentanti: G. Nuvoli u T. Gilliams, aġenti, A. Dal Ferro, avukati)

Intervenjent insostenn tar-rikorrenti: Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (rappreżentanti: I. Chatelier u H. Kranenborg, sussegwentement I. Chatelier u A. Buchta, aġenti)SuġġettTalba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-President tal-BEI li ma tittieħed ebda azzjoni wara proċedura ta’ investigazzjoni li kienet tikkonċerna l-allegat fastidju psikoloġiku u li tannulla l-konklużjoni finali tal-kumitat ta’ investigazzjoni kif ukoll it-talba għad-danniDispożittivId-deċiżjoni tal-President tal-Bank Ewropew tal-Investiment, tas-27 ta’ Lulju 2011, hija annullata.Il-Bank Ewropew tal-Investiment huwa kkundannat iħallas lil CG s-somma ta’ EUR 35 000.Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.Il-Bank Ewropew tal-Investiment għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti minn CG.Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, intervenjent, għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.