Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-14 ta’ Frar 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof – l-Awstrija) – Vetsch Int. Transporte GmbH

(Kawża C-531/17) 1

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Tassazzjoni – Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Direttiva 2006/112/KE – Artikolu 143(1)(d) – Eżenzjonijiet mill-VAT fuq l-importazzjoni – Importazzjonijiet segwiti minn trasferiment intra-Komunitarju – Kunsinna intra-Komunitarja sussegwenti – Frodi fiskali – Rifjut tal-eżenzjoni – Kundizzjonijiet)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgerichtshof

Parti fil-kawża prinċipali

Vetsch Int. Transporte GmbH

fil-preżenza ta’: Zollamt Feldkirch Wolfurt

Dispożittiv

L-Artikolu 143(d) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud u l-Artikolu 143(1)(d) ta’ din id-direttiva kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2009/69/KE tal-25 ta’ Ġunju 2009 għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-benefiċċju tal-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud fuq l-importazzjoni, prevista f’dawn id-dispożizzjonijiet, ma għandux jiġi rrifjutat lill-importatur indikat jew irrikonoxxut bħala l-persuna responsabbli għall-ħlas ta’ din it-taxxa fis-sens tal-Artikolu 201 tad-Direttiva 2006/112 f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fejn, minn naħa, id-destinatarju tat-trasferiment intra-Komunitarju sussegwenti għal din l-importazzjoni jwettaq frodi fir-rigward ta’ tranżazzjoni sussegwenti għal dan it-trasferiment u li ma tkunx marbuta mal-imsemmi trasferiment, u fejn, min-naħa l-oħra, ma hemm ebda element li jippermetti li jitqies li l-importatur kien jaf jew kien imissu kien jaf li din it-tranżazzjoni sussegwenti kienet involuta fi frodi mwettaq mid-destinatarju.

____________

1     ĠU C 412, 4.12.2017.