Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fl-24 ta’ Ottubru 2019 – B-GmbH vs Finanzamt D

(Kawża C-797/19)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: B-GmbH

Konvenut: Finanzamt D

Domanda preliminari

L-Artikolu 107(1) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jkun hemm għajnuna mill-Istat li taqa’ taħt din id-dispożizzjoni meta skont il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, it-telf (permanenti) ta’ kumpannija b’kapital azzjonarju kkawżat minn attività ekonomika mwettqa mingħajr ma d-dħul minnha jkopri l-ispejjeż tagħha, għandu bħala prinċipju jitqies bħala distribuzzjoni moħbija tad-dħul u b’hekk ma jistax inaqqas id-dħul ta’ kumpannija b’kapital azzjonarju, iżda li fil-każ ta’ kumpanniji b’kapital azzjonarju li fihom il-maġġoranza tad-drittijiet tal-vot tinżamm direttament jew indirettament minn persuni ġuridiċi tad-dritt pubbliku, attivitajiet li jiġġeneraw telf b’mod permanenti ma jwasslux għal dawn il-konsegwenzi legali jekk l-attivitajiet ikkonċernati jitwettqu għal raġunijiet marbuta mal-politika tat-trasport, mal-ambjent, mal-politika soċjali, kulturali, edukattiva jew mal-politika tas-saħħa?

____________