Language of document :

Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-9 ta' Novembru 2007 - Il-Polonja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-183/07 R)

("Proċedura sommarja - Direttiva 2003/87/KE - Sistema ta' skambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra - Pjan nazzjonali ta' allokazzjoni ta' kwoti ta' emissjonijiet għall-Polonja għall-perijodu bejn l-2008 u l-2012 - Deċiżjoni ta'ċaħda tal-Kummissjoni - Talba għal sospensjoni ta' eżekuzzjoni - Nuqqas ta' urġenza")

Lingwa tal-kawża: Il-Pollak

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentant: T. Nowakowski, aġent)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: U. Wölker u K. Herrmann, aġenti)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni ta' l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni finali tal-Kummissjoni C (2007) 1295, tas-26 ta' Marzu 2007, dwar il-pjan nazzjonali ta' allokazzjoni ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra nnotifikat mill-Polonja għall-perijodu bejn l-2008 u l-2012, skond id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/87/KE tat-13 ta' Ottubru 2003, li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU L 275, p. 32)

Dispożittiv

It-talba għal proċedura sommarja hija miċħuda.

L-ispejjeż huma rriżervati.

____________