Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Nürnberg (il-Ġermanja) fil-21 ta’ Lulju 2020 – DQ vs Ryanair DAC

(Kawża C-323/20)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Nürnberg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: DQ

Konvenuta: Ryanair Designated Activity Company

Domandi preliminari

Għal trasportatur tal-ajru li jopera titjira, l-istrajk tal-persunal tiegħu stess organizzat minn sindakati jikkostitwixxi “ċirkustanza straordinarja” fis-sens tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 1 ?

F’dan ir-rigward huwa rilevanti jekk l-imsemmi strajk ikun ġie organizzat fuq il-bażi ta’ pretensjonijiet min-naħa tal-persunal li sa dak il-mument ma kinux miftiehma kuntrattwalment bejn il-persunal u t-trasportatur tal-ajru li jopera titjira?

F’dan ir-rigward huwa rilevanti jekk l-istrajk inkwistjoni kienx ikkawżat minn aġir speċifiku min-naħa tat-trasportatur tal-ajru li jopera titjira fil-kuntest tan-negozjati mas-sindakat?

Permezz ta’ digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-7 ta’ Awwissu 2020, din il-kawża tħassret mir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja.

____________

1     Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10).