Language of document : ECLI:EU:C:2018:793

KONKLUŻJONIJIET TAL-AVUKAT ĠENERALI

TANCHEV

ippreżentati fit‑3 ta’ Ottubru 2018 (1)

Kawża C236/17 P

Canadian Solar Emea GmbH

Canadian Solar Manufacturing (Changshu), Inc.

Canadian Solar Manufacturing (Luoyang), Inc.

CSI Cells Co. Ltd

CSI Solar Power (China), Inc.

vs

IlKunsill talUnjoni Ewropea

“Appell – Dumping – Importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw fi jew li huma kkunsinnati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina – Dazji definittivi – Regolament (UE) Nru 1168/2012 – Applikazzjoni immedjata – Rabta kawżali – Fatturi magħrufa oħra – Livell tad-dazju antidumping”






Werrej


I. Il-kuntest ġuridiku

A. Ir-Regolament bażiku

B. Ir-Regolament Nru 1168/2012

II. Il-fatti li wasslu għall-kawża

III. Il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali u s-sentenza appellata

IV. Il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u t-talbiet tal-partijiet

V. Evalwazzjoni tal-aggravji

A. Fuq it-tielet aggravju

1. L-argumenti tal-partijiet

2. Evalwazzjoni

a) Ammissibbiltà

b) Sustanza

1) Introduzzjoni

2) Fuq l-ewwel parti tat-tielet aggravju

3) Fuq it-tieni parti tat-tielet aggravju

B. Fuq ir-raba’ aggravju

1. L-argumenti tal-partijiet

2. Evalwazzjoni

a) Ammissibbiltà

b) Sustanza

1) Fuq l-ewwel parti tar-raba’ aggravju

i) Introduzzjoni

ii) Id-dazju antidumping għandu jagħmel tajjeb biss għad-dannu imputat lill-importazzjonijiet li huma s-suġġett ta’ dumping, u mhux għal dannu imputat lil fatturi magħrufa oħra?

iii) Fis-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li meta jistabbilixxu l-ammont tad-dazju antidumping l-istituzzjonijiet huma obbligati jieħdu inkunsiderazzjoni l-konstatazzjonijiet tagħhom fl-analiżi ta’ nuqqas ta’ imputazzjoni?

2) Fuq it-tieni parti tar-raba’ aggravju

VI. Fuq l-ispejjeż

VII. Konklużjoni

1.        B’dan l-appell, Canadian Solar Emea GmbH (iktar ’il quddiem “CSE”), Canadian Solar Manufacturing (Changshu), Inc. (iktar ’il quddiem “CSM (Changshu)”), Canadian Solar Manufacturing (Luoyang), Inc. (iktar ’il quddiem “CSM (Luoyang)”), CSI Cells Co. Ltd (iktar ’il quddiem “CSI Cells”) u CSI Solar Power (China), Inc. (iktar ’il quddiem “CSI Solar Power”) (flimkien “Canadian Solar” jew l-“appellant”) (2) jitolbu lill-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (3) li biha din tal-aħħar ċaħdet ir-rikors għal annullament ippreżentat kontra r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1238/2013 (iktar ’il quddiem ir-“Regolament kontenzjuż”) (4).

2.        B’mod partikolari, dan l-appell iqajjem kwistjoni proċedurali, jiġifieri l-applikazzjoni immedjata tar-Regolament (UE) Nru 1168/2012 (5), li emenda l-Artikolu 2(7)(ċ) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (iktar ’il quddiem ir-“Regolament bażiku”) (6), fis-sens li, fejn investigazzjoni antidumping tikkonċerna importazzjonijiet minn pajjiż li ma għandux ekonomija tas-suq u produttur suġġett għal din l-investigazzjoni jissottometti talba għal status ta’ impriża li topera f’ekonomija tas-suq (iktar ’il quddiem it-“talba għal SIES”), it-terminu li fih trid issir determinazzjoni b’rabta ma’ din it-talba (iktar ’il quddiem id-“determinazzjoni tas-SIES”) huwa estiż minn tlieta għal tmien xhur wara l-bidu tal-investigazzjoni. Dan l-appell iqajjem ukoll kwistjoni sostantiva, jiġifieri jekk, fejn hemm fatturi oħra għajr l-importazzjonijiet li huma s-suġġett ta’ dumping li jikkontribwixxu għad-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni Ewropea, l-ammont tad-dazju antidumping iridx jiġi ffissat għal livell li jagħmel tajjeb biss għad-dannu imputat lill-importazzjonijiet li huma s-suġġett ta’ dumping.

I.      Il-kuntest ġuridiku

A.      Ir-Regolament bażiku

3.        Skont l-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku, intitolat “Tistabbilixxi [Determinazzjoni ta’] dumping”:

“(a)      […]

(b)      Fl-investigazzjonijiet ta’ kontra d-dumping dwar importazzjonijiet mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, il-Vjetnam u l-Każakistan u kull pajjiż li ma jħaddanx l-ekonomija tas-suq li hu membru tal-WTO fid-data tal-bidu tal-investigazzjoni, il-valur normali jkun stabbilit skond kif hemm fil-paragrafi 1 sa 6, jekk ikun jidher, fuq il-bażi ta’ talbiet li jkunu sostanzjati b’mod xieraq minn wieħed jew aktar produtturi li jkunu qed jiġu investigati u skond il-kriterji u proċeduri stabbiliti fis-sotto-paragrafu (ċ), li l-kondizzjonijiet ta’ l-ekonomija tas-suq jipprevalu għal dan il-produttur jew produtturi għar-rigward tal-manifattura u l-bejgħ tal-prodott simili konċernat. Meta dan ma jkunx il-każ, ir-regoli li jinsabu fis-sotto-paragrafu (a) għandhom japplikaw.

(ċ)      Pretensjoni skond is-subparagrafu (b) trid issir bil-kitba u jkun fiha biżżejjed evidenza illi l-produttur jopera skond il-kondizzjonijiet ta’ l-ekonomija tas-suq, jiġifieri jekk:

–        id-deċiżjonijiet tad-ditti rigward il-prezzijiet, l-infiq u inputs oħra, li jinkludu per eżempju l-materja prima, l-ispejjeż fuq it-teknoloġija u tax-xogħol, il-produzzjoni, il-bejgħ u l-investimenti, isiru bi tweġiba għas-sinjali tas-suq filwaqt li jirriflettu l-provvista u d-domanda, u mingħajr interferenza sinifikanti mill-Istat f’dan ir-rigward, u n-nefqiet fuq inputs maġġuri jirriflettu sostanzjalment il-valuri tas-suq,

–        id-ditti jkollhom sett ċar ta’ reġistrazzjonijiet bażiċi tal-kontabilità li jiġu verifikati indipendentement skond l-istandards internazzjonali tal-kontabilità u jiġu applikati għall-għanijiet kollha,

–        l-ispejjeż tal-produzzjoni u s-sitwazzjoni finanzjarja tad-ditti mhumiex soġġetti għal distorsjoni sinjifikanti miġrur [li tirriżulta] mis-sistema ekonomika ta’ qabel li ma kienitx tas-suq, b’mod partikolari fejn għandhom x’jaqsmu l-iżvalutar tal-beni, qtugħ ieħor mill-kontijiet, in-negozju bl-iskambju ta’ l-oġġetti u l-ħlas permezz ta’ kumpens għad-djun,

–        id-ditti interessati huma bla ħsara għall-falliment u għal-liġijiet tal-proprjetà li jiggarantixxu ċ-ċertezza u l-istabilità legali għall-operazzjoni tad-ditti, u

–        il-konversjonijiet tar-rati tal-kambju jitwettqu bir-rata tas-suq.

Għandu jiġi stabbilit jekk il-produttur jilħaqx il-kriterja msemmija hawn fuq fi żmien tliet xhur mill-bidu ta’ l-investigazzjoni, wara konsultazzjoni speċifika tal-Kumitat Konsultattiv u wara li l-industrija tal-Komunità tkun ingħatat l-opportunità li tikkommenta. Din id-deċiżjoni għandha tibqa’ fis-seħħ matul l-investigazzjoni kollha.”

4.        L-Artikolu 3 tar-Regolament bażiku, intitolat “Tistabbilixxi [Determinazzjoni ta]l-ħsara”, jipprovdi:

“[…]

6.      Għandu jiġi muri, mill-evidenza rilevanti kollha ppreżentata fejn jidħol il-paragrafu 2, li l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping qegħdin jikkawżaw ħsara skond it-tifsira ta’ dan ir-Regolament. B’mod speċifiku, dan għandu jinvolvi dimostrazzjoni li l-volum u/jew il-livelli tal-prezzijiet identifikati skond il-paragradfu 3 huma responsabbli għal impatt fuq l-industrija Komunitarja kif stabbilita fil-paragrafu 5, u li dan l-impatt jeżisti sa grad li jagħmlu possibbli li jiġi kklasifikat bħala materjali.

7.      Fatturi magħrufa għajr importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping li fl-istess ħin qegħdin jagħmlu ħsara lill-industrija Komunitarja għandhom ukoll jiġu eżaminati sabiex jiżguraw li l-ħsara kkawżata minn dawn il-fatturi l-oħra mhix attribwita għall-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping taħt paragrafu 6. Fatturi li jistgħu jiġu kkunsidrati f’dan ir-rigward jinkludu l-volum u l-prezzijiet ta’ importazzjonijiet mhux mibjugħin bi prezzijiet taħt il-prezz tagħhom, tnaqqis fid-domanda jew tibdiliet fil-mudelli tal-konsum, prattiċi restritti tal-kummerċ, u kompetizzjoni bejn, produtturi Komunitarji u ta’ pajjiżi terzi, żviluppi fit-teknoloġija u l-atteġġament ta’ l-esportazzjoni u l-produttività ta’ l-industrija Komunitarja.

[…]”

5.        Skont l-Artikolu 9(4) tar-Regolament bażiku, intitolat “Terminazzjoni mingħajr miżuri; impożizzjoni ta’ dazji definittivi”:

“Meta l-fatti kif stabbiliti fl-aħħar juru li hemm id-dumping u l-ħsara kkawżata minnu, u l-interess Komunitarju jitlob li jkun hemm intervent skond l-Artikolu 21, dazju definittiv kontra d-dumping għandu jiġi impost mill-Kunsill, li jaġixxi fuq proposta sottomessa mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv. Il-proposta għandha tiġi adottata mill-Kunsill, sakemm ma jiddeċidix b’maġġoranza sempliċi li ma jaċċettax il-proposta, fi żmien xhar wara li tkun ġiet sottomessa mill-Kummissjoni. Fejn ikunu jseħħu dazji provviżorji, għandha tiġi sottomessa proposta għal azzjoni definittiva mhux aktar tard minn xhar qabel ma jiskadu dawn id-dazji. L-ammont tad-dazju ta’ kontra d-dumping ma għandux ikun ogħla mill-marġini tad-dumping stabbilit iżda għandu jkun anqas mill-marġini jekk dan id-dazju mnaqqas [inferjuri] ikun biżżejjed biex titneħħa l-ħsara lill-industrija Komunitarja.”

B.      Ir-Regolament Nru 1168/2012

6.        Skont l-Artikolu 1 tar-Regolament Nru 1168/2012:

“Ir-Regolament (KE) Nru 1225/2009 huwa b’dan emendat kif ġej:

(1)      L-Artikolu 2(7) huwa emendat kif ġej:

(a)      Fis-sentenza ta’ qabel tal-aħħar tas-subparagrafu (c) il-kliem ‘fi żmien tliet xhur mill-bidu tal-investigazzjoni’ huma sostitwiti bil-kliem segwenti ‘normalment fi żmien seba’ xhur, iżda fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn tmien xhur, mill-bidu tal-investigazzjoni’;

(b)      Is-subparagrafu li ġej huwa miżjud:

‘(d)      Meta l-Kummissjoni tkun illimitat l-eżami tagħha skont l-Artikolu 17, id-determinazzjoni skont is-subparagrafi (b) u (c) ta’ dan il-paragrafu għandha tkun limitata għall-Partijiet inklużi fl-eżami u għal kull produttur li jirċievi trattament individwali skont l-Artikolu 17(3).’;

[…]”

7.        Skont l-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 1168/2012:

“Dan ir-Regolament għandu japplika għall-investigazzjonijiet ġodda u pendenti kollha mill‑15 ta’ Diċembru 2012.”

II.    Il-fatti li wasslu għall-kawża

8.        CSM (Changshu), CSM (Luoyang), CSI Cells u CSI Solar Power huma produtturi esportaturi tal-prodott ikkonċernat. CSE timporta l-prodott ikkonċernat fl-Unjoni, mingħand dawn tal-aħħar u mingħand fornituri oħra.

9.        Fis‑6 ta’ Settembru 2012, il-Kummissjoni Ewropea fetħet proċedura antidumping fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin li joriġinaw miċ-Ċina (7).

10.      Fid-dawl tan-numru potenzjalment kbir ta’ produtturi esportaturi fil-pajjiż inkwistjoni involuti f’din il-proċedura, ġiet ikkunsidrata, fis-Sezzjoni 5.1(a) tan-notifika ta’ bidu, il-possibbiltà li jsir użu mit-teknika tat-teħid ta’ kampjuni, skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. Fil‑21 ta’ Settembru 2012, Canadian Solar ipprovda lill-Kummissjoni bl-informazzjoni għall-għażla mill-Kummissjoni ta’ kampjun ta’ produtturi esportaturi. Il-kampjun ta’ produtturi esportaturi magħżul mill-Kummissjoni kien jikkonsisti f’seba’ gruppi ta’ kumpanniji (8).      Canadian Solar ma ntgħażilx għal dan il-kampjun.

11.      Fit‑13 ta’ Novembru 2012, Canadian Solar issottometta talba għal SIES skont l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku.

12.      Ir-Regolament Nru 1168/2012 ġie adottat fit‑12 ta’ Diċembru 2012 (9).

13.      Fit‑3 ta’ Jannar 2013, il-Kummissjoni informat lil Canadian Solar li t-talba tiegħu għal SIES ma kinitx ser tiġi kkunsidrata.

14.      Fl‑4 ta’ Ġunju 2013, il-Kummissjoni adottat ir-Regolament Nru 513/2013, li bih ġie impost dazju antidumping provviżorju fuq importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat miċ-Ċina (10).

15.      Fit‑2 ta’ Diċembru 2013, il-Kunsill tal Unjoni Ewropea adotta r-Regolament kontenzjuż, li bih ġie impost dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat miċ-Ċina. Fl-Artikolu 1 ta’ dan ir-regolament, il-Kunsill impona dazju antidumping ta’ 41.3 % fuq importazzjonijiet iffatturati minn kumpanniji li kkooperaw elenkati fl-Anness I għal dan ir-regolament. CSM (Changshu), CSM (Luoyang), CSI Cells u CSI Solar Power ġew inklużi f’din il-lista. L-Artikolu 3 tar-Regolament kontenzjuż eżentat mid-dazju impost bl-Artikolu 1 dawk l-importazzjonijiet iffatturati minn kumpanniji elenkati fl-anness għad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/707/UE (11).

16.      Id-Deċiżjoni 2013/707 ġiet adottata mill-Kummissjoni fl‑4 ta’ Diċembru 2013. F’din id-deċiżjoni, il-Kummissjoni aċċettat l-impenn emendat offrut mill-Kamra tal-Kummerċ taċ-Ċina għall-Importazzjoni u għall-Esportazzjoni ta’ Makkinarju u ta’ Prodotti Elettroniċi u minn grupp ta’ produtturi esportaturi elenkati fl-Anness għal din id-deċiżjoni. CSM (Changshu), CSM (Luoyang), CSI Cells u CSI Solar Power ġew inklużi f’din il-lista.

17.      Fl‑4 ta’ Ġunju 2015, il-Kummissjoni adottat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 2015/866, li bih ġiet irtirata l-aċċettazzjoni tal-impenn fir-rigward ta’ CSM (Changshu), CSM (Luoyang), CSI Cells u CSI Solar Power (12).

III. Il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali u s-sentenza appellata

18.      Fit‑28 ta’ Frar 2014, Canadian Solar ippreżenta rikors għall-annullament tar-Regolament kontenzjuż.

19.      Permezz tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali ċaħdet is-sitt motivi u ċaħdet ir-rikors.

20.      B’mod partikolari (13), il-Qorti Ġenerali ċaħdet il-ħames motiv li kien jallega ksur tal-Artikolu 2(7)(ċ) tar-Regolament bażiku, li jipprovdi li d-determinazzjoni tas-SIES trid issir fi żmien tliet xhur mill-bidu tal-investigazzjoni. Tabilħaqq, ir-Regolament Nru 1168/2012, li emenda l-Artikolu 2(7)(ċ) tar-Regolament bażiku fis-sens li t-terminu ta’ tliet xhur ġie estiż għal tmien xhur, japplika għall-investigazzjonijiet pendenti kollha b’effett mill‑15 ta’ Diċembru 2012. Għaldaqstant, kien japplika għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat‑3 ta’ Jannar 2013 li tiċħad it-talba għal SIES ta’ Canadian Solar. In-nuqqas tal-Kummissjoni li tikkonforma mat-terminu oriġinali ta’ tliet xhur ma ħoloqx sitwazzjoni definittiva, li kienet tipprekludi l-applikazzjoni tar-Regolament Nru 1168/2012. Fil-fehma tal-Qorti Ġenerali, dan in-nuqqas lanqas ma kien jirrendi r-Regolament kontenzjuż awtomatikament illegali.

21.      Il-Qorti Ġenerali ċaħdet ukoll is-sitt motiv li kien jallega li, billi naqsu milli jwettqu evalwazzjoni separata tad-dannu kkawżat mill-importazzjonijiet li huma s-suġġett ta’ dumping u tad-dannu kkawżat minn fatturi magħrufa oħra, l-istituzzjonijiet kisru l-Artikolu 3 tar-Regolament bażiku, u li, konsegwentement, bl-istabbiliment ta’ livell ta’ dazju antidumping li jagħmel tajjeb ukoll għad-dannu kkawżat minn dawn il-fatturi l-oħra, kisru l-Artikolu 9(4) ta’ dan ir-regolament. Il-Qorti Ġenerali fakkret li, bis-saħħa tal-Artikolu 3(6) u (7) tar-Regolament bażiku, il-Kunsill u l-Kummissjoni (iktar ’il quddiem l-“istituzzjonijiet”) huma obbligati, l-ewwel nett, li jikkunsidraw jekk id-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni huwiex idderivat minn importazzjonijiet li huma s-suġġett ta’ dumping (analiżi ta’ imputazzjoni) u, it-tieni nett, li jivverifikaw li fatturi magħrufa oħra għajr l-importazzjonijiet li huma s-suġġett ta’ dumping ma jiksrux ir-rabta kawżali bejn id-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni u l-importazzjonijiet li huma s-suġġett ta’ dumping (analiżi ta’ nuqqas ta’ imputazzjoni). Minn dan isegwi li, meta jiffissaw l-ammont tad-dazju antidumping, l-istituzzjonijiet iridu jieħdu inkunsiderazzjoni l-konstatazzjonijiet tagħhom mill-analiżi ta’ imputazzjoni u ta’ nuqqas ta’ imputazzjoni. Inkella jkun hemm riskju li dan id-dazju jelimina l-effetti dannużi ta’ fatturi oħra għajr l-importazzjonijiet li huma s-suġġett ta’ dumping. F’dan il-każ, l-istituzzjonijiet kienu evalwaw kif dovut l-effetti ta’ fatturi magħrufa oħra li kkontribwixxew għad-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. Dawn kienu rrilevaw korrettament li dawn l-effetti kienu insinjifikattivi u li, konsegwentement, ma kisrux ir-rabta kawżali bejn id-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni u l-importazzjonijiet li huma s-suġġett ta’ dumping. Għaldaqstant, l-ammont tad-dazju antidumping kien ġie ffissat korrettament.

IV.    Il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u t-talbiet tal-partijiet

22.      B’dan l-appell, Canadian Solar jitlob lill-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha tannulla s-sentenza appellata, u jew tannulla r-Regolament kontenzjuż sa fejn dan jirrigwarda lill-appellant jew inkella tibgħat il-kawża lura quddiem il-Qorti Ġenerali. Canadian Solar jitlob lill-Qorti tal-Ġustizzja wkoll sabiex tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż tal-appellant u tiegħu stess, kemm tal-ewwel istanza kif ukoll tal-appell, jew, jekk il-kawża tintbagħat lura quddiem il-Qorti Ġenerali, tirriżerva d-deċiżjoni dwar l-ispejjeż tal-ewwel istanza u tal-appell għas-sentenza finali mill-Qorti Ġenerali. Finalment, Canadian Solar jitlob lill-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha tikkundanna lill-partijiet l-oħra kollha fl-appell isostnu l-ispejjeż tagħhom stess.

23.      Il-Kunsill jitlob lill-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha tiċħad l-appell u tikkundanna lil Canadian Solar għall-ispejjeż tal-appell u tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali.

24.      Il-Kummissjoni titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha tiċħad l-appell u tikkundanna lil Canadian Solar għall-ispejjeż.

25.      Il-Kummissjoni ppreżentat appell inċidentali. Hija titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha tannulla s-sentenza appellata u tiddikjara r-rikors fl-ewwel istanza inammissibbli jew, sussidjarjament, tiddikjara li ma għadx għandu skop jew, iktar sussidjarjament, tiddikjara li huwa infondat u taqleb l-interpretazzjoni ta’ kawżalità taħt is-sitt motiv fis-sentenza appellata. Il-Kummissjoni titlob ukoll lill-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha tikkundanna lil Canadian Solar għall-ispejjeż.

26.      Canadian Solar jitlob lill-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha tiċħad l-appell inċidentali. Huwa jitlob lill-Qorti tal-Ġustizzja wkoll jogħġobha tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż ta’ Canadian Solar u tal-Kummissjoni stess, kemm tal-ewwel istanza kif ukoll tal-appell, u tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż tiegħu stess.

27.      Il-Kunsill jitlob lill-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha tannulla s-sentenza appellata u tiddikjara r-rikors fl-ewwel istanza inammissibbli jew, sussidjarjament, tiddikjara li ma għadx għandu skop jew, iktar sussidjarjament, tiddikjara li huwa infondat u taqleb l-interpretazzjoni ta’ kawżalità taħt is-sitt motiv fis-sentenza appellata. Il-Kunsill jitlob ukoll lill-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha tikkundanna lil Canadian Solar għall-ispejjeż.

28.      Waqt is-seduta tal‑20 ta’ Ġunju 2018, Canadian Solar, il-Kunsill u l-Kummissjoni ppreżentaw sottomissjonijiet orali.

V.      Evalwazzjoni tal-aggravji

29.      Canadian Solar jinvoka erba’ aggravji. Kif ġie mitlub mill-Qorti tal-Ġustizzja, ser nillimita ruħi f’dawn il-konklużjonijiet għall-eżami tat-tielet u tar-raba’ aggravju.

30.      Bit-tielet aggravju, Canadian Solar isostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ddeċidiet li r-Regolament Nru 1168/2012 kien japplika għall-investigazzjoni inkwistjoni u li n-nuqqas tal-istituzzjonijiet li jwettqu determinazzjoni tas-SIES ma kienx jivvizzja r-Regolament kontenzjuż. Bir-raba’ aggravju, Canadian Solar isostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ppermettiet lill-istituzzjonijiet jistabbilixxu livell ta’ dazju antidumping li jagħmel tajjeb mhux biss għad-dannu kkawżat mill-importazzjonijiet li huma s-suġġett ta’ dumping iżda wkoll għad-dannu kkawżat minn fatturi magħrufa oħra, u meta indebitament qalbet l-oneru tal-prova fir-rigward tal-effetti ta’ dawn il-fatturi l-oħra.

A.      Fuq it-tielet aggravju

1.      L-argumenti tal-partijiet

31.      Bit-tielet aggravju, Canadian Solar jikkontesta l-konstatazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali fil-punti 152 sa 154, 157, u 159 sa 170 tas-sentenza appellata.

32.      Dan l-aggravju huwa maqsum f’żewġ partijiet.

33.      Fl-ewwel parti tat-tielet aggravju tiegħu, Canadian Solar isostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ddeċidiet li r-Regolament Nru 1168/2012 japplika. F’dan ir-rigward, Canadian Solar jargumenta, l-ewwel nett, li r-Regolament Nru 1168/2012 daħal fis-seħħ fil‑15 ta’ Diċembru 2012, jiġifieri wara l-iskadenza tal-perijodu ta’ tliet xhur fit‑12 ta’ Diċembru 2012, sa meta kellha ssir id-determinazzjoni tas-SIES skont l-Artikolu 2(7)(ċ) tar-Regolament bażiku fil-verżjoni oriġinali tiegħu. It-tieni nett, bħala prinċipju, regoli sostantivi ma japplikawx għal sitwazzjonijiet stabbiliti qabel id-dħul fis-seħħ tagħhom. L-iskadenza tat-terminu ta’ tliet xhur imsemmi hawn fuq ħolqot sitwazzjoni definittiva u, għalhekk, ir-Regolament Nru 1168/2012, bħala regola sostantiva, ma japplikax. It-tielet nett, l-applikazzjoni tar-Regolament Nru 1168/2012 għal investigazzjonijiet pendenti fil-każ biss li dan it-terminu ta’ tliet xhur ma kienx skada qabel il-15 ta’ Diċembru 2012 ma tikkostitwixxix interpretazzjoni contra legem. Jekk titqies li hija contra legem, Canadian Solar isostni li l-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 1168/2012 huwa invalidu sa fejn jirrigwarda lill-appellant, jew li ma jistax japplika b’mod validu għas-sitwazzjoni tal-appellant għax jikser il-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ nuqqas ta’ retroattività.

34.      Fit-tieni parti tat-tielet aggravju tiegħu, Canadian Solar isostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ddeċidiet li n-nuqqas ta’ determinazzjoni tas-SIES ma kienx jivvizzja r-Regolament kontenzjuż. Peress li r-Regolament Nru 1168/2012 ma kienx japplika, il-Kummissjoni kellha l-obbligu li twettaq determinazzjoni fir-rigward tat-talba tagħha għal SIES. In-nuqqas li tagħmel dan ivvizzja r-Regolament kontenzjuż u dan in-nuqqas ma jistax jiġi kkontestat minn Canadian Solar.

35.      Il-Kunsill isostni li l-ewwel parti tat-tielet aggravju hija inammissibbli u, fi kwalunkwe każ, infondata. L-ewwel nett, l-argument tal-appellant li r-Regolament Nru 1168/2012 ma kienx japplika minħabba li t-terminu ta’ tliet xhur previst fl-Artikolu 2(7)(ċ) tar-Regolament bażiku fil-verżjoni oriġinali tiegħu skada qabel daħal fis-seħħ ir-Regolament Nru 1168/2012, huwa inammissibbli peress li sempliċement itenni argument imqajjem quddiem il-Qorti Ġenerali. Fi kwalunkwe każ, dan l-argument huwa infondat peress li l-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 1168/2012 jipprovdi espressament li dan ir-regolament japplika għall-investigazzjonijiet pendenti kollha b’effett mill‑15 ta’ Diċembru 2012, u l-investigazzjoni antidumping inkwistjoni kienet għadha għaddejja fil‑15 ta’ Diċembru 2012. It-tieni nett, l-argument tal-appellant li l-iskadenza tal-perijodu ta’ tliet xhur imsemmi iktar ’il fuq ħolqot sitwazzjoni definittiva huwa infondat. Tabilħaqq, skont il-ġurisprudenza, li kieku l-Kummissjoni wettqet determinazzjoni tas-SIES f’dan il-perijodu, din setgħet tinbidel fi stadju sussegwenti tal-investigazzjoni. It-tielet nett, l-argument tal-appellant, fis-sens li l-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 1168/2012 huwa invalidu, huwa inammissibbli minħabba l-fatt li l-appellant ma qajjimx eċċezzjoni ta’ illegalità tal-Artikolu 2 ta’ dan ir-regolament skont l-Artikolu 277 TFUE quddiem il-Qorti Ġenerali.

36.      F’dak li għandu x’jaqsam mat-tieni parti tat-tielet aggravju, il-Kunsill jisħaq li din hija infondata. Determinazzjoni tas-SIES tista’ tinbidel wara li tkun saret. Barra minn hekk, din il-kawża hija evidenza ċara li d-determinazzjoni tas-SIES tista’ tiġi kkontestata.

37.      Il-Kummissjoni tisħaq li l-ewwel parti tat-tielet aggravju hija inammissibbli u, fi kwalunkwe każ, infondata. L-ewwel nett, l-argument tal-appellant li r-Regolament Nru 1168/2012 ma kienx japplika minħabba li t-terminu ta’ tliet xhur previst fl-Artikolu 2(7)(ċ) tar-Regolament bażiku fil-verżjoni oriġinali tiegħu skada qabel daħal fis-seħħ ir-Regolament Nru 1168/2012 huwa inammissibbli peress li l-appellant qiegħed sempliċement jipprova jfittex litigazzjoni mill-ġdid ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-Qorti Ġenerali. Fi kwalunkwe każ, dan l-argument huwa infondat peress li l-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 1168/2012 jiddikjara li dan ir-regolament japplika għall-investigazzjonijiet pendenti kollha, irrispettivament minn jekk it-terminu ta’ tliet xhur ikunx skada jew le qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-regolament. It-tieni nett, l-argument tal-appellant li s-sitwazzjoni saret definittiva malli skada t-terminu ta’ tliet xhur huwa inammissibbli għaliex itenni sempliċement motiv imressaq quddiem il-Qorti Ġenerali. Fi kwalunkwe każ, dan l-argument huwa infondat peress li l-ebda dritt ma kkonkretizza ruħu mal-iskadenza ta’ dan it-terminu ta’ tliet xhur. It-tielet nett, l-argument tal-appellant, fis-sens li l-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 1168/2012 huwa invalidu, huwa inammissibbli minħabba l-fatt li huwa aggravju ġdid, peress li quddiem il-Qorti Ġenerali Canadian Solar ma qajjimx eċċezzjoni ta’ illegalità kontra l-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 1168/2012 skont l-Artikolu 277 TFUE. Fi kwalunkwe każ, dan l-argument huwa infondat. Ir-Regolament Nru 1168/2012 kien applikabbli immedjatament peress li l-iskadenza tal-perijodu ta’ tliet xhur ma ħolqotx sitwazzjoni definittiva.

38.      Il-Kummissjoni ssostni li t-tieni parti tat-tielet aggravju hija infondata. L-ewwel nett, in-nuqqas ta’ determinazzjoni tas-SIES mill-Kummissjoni ma kienx jivvizzja r-Regolament kontenzjuż peress li r-Regolament Nru 1168/2012 kien japplika għas-sitwazzjoni tal-appellant, u l-Kummissjoni, għalhekk, ma kinitx obbligata twettaq determinazzjoni tas-SIES. It-tieni nett, Canadian Solar seta’ jikkontesta n-nuqqas ta’ determinazzjoni tas-SIES mill-Kummissjoni peress li ressaq din il-kawża.

39.      Canadian Solar iwieġeb li l-motiv ibbażat fuq l-invalidità tal-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 1168/2012 huwa ammissibbli. Tabilħaqq, dan il-motiv tqajjem qabel, u ġie eżaminat mill-Qorti Ġenerali fil-punti 154 sa 170 tas-sentenza appellata. Skont ġurisprudenza stabbilita, huwa irrilevanti li dan il-motiv ma tqajjimx formalment bħala eċċezzjoni ta’ illegalità.

2.      Evalwazzjoni

40.      Bl-ewwel parti tat-tielet aggravju tiegħu, Canadian Solar isostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ddeċidiet li r-Regolament Nru 1168/2012 kien japplika. Bit-tieni parti tat-tielet aggravju, Canadian Solar jisħaq li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ddeċidiet li n-nuqqas ta’ determinazzjoni tas-SIES mill-istituzzjonijiet ma kienx jivvizzja r-Regolament kontenzjuż.

a)      Ammissibbiltà

41.      Il-Kunsill isostni li l-ewwel parti tat-tielet aggravju hija parzjalment inammissibbli. Il-Kummissjoni tisħaq li din l-ewwel parti hija kompletament inammissibbli (14).

42.      L-ewwel nett, kemm il-Kunsill kif ukoll il-Kummissjoni jikkontestaw l-ammissibbiltà tal-argument tal-appellant li r-Regolament Nru 1168/2012 ma japplikax minħabba li t-terminu ta’ tliet xhur previst fl-Artikolu 2(7)(ċ) tar-Regolament bażiku, fil-verżjoni oriġinali tiegħu, skada qabel daħal fis-seħħ ir-Regolament Nru 1168/2012. Dan għaliex, skont il-Kunsill u l-Kummissjoni, dan l-argument sempliċement itenni argument imqajjem quddiem il-Qorti Ġenerali.

43.      Fil-fehma tiegħi, din l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà għandha tiġi miċħuda. B’dan l-argument, Canadian Solar qiegħed jikkontesta l-applikazzjoni, mill-Qorti Ġenerali, tad-dispożizzjoni tranżitorja stipulata fl-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 1168/2012. Għal din il-fini, Canadian Solar indika li jikkunsidra, b’mod partikolari, li l-punt 152 tas-sentenza appellata huwa vvizzjat bi żball ta’ liġi. Fil-punt 152 tal-imsemmija sentenza, il-Qorti Ġenerali kkonstatat li r-Regolament Nru 1168/2012 kien japplika peress li “ma jipprevedix eċċezzjonijiet fir-rigward ta’ investigazzjonijiet li jkunu għadhom għaddejjin u li għalihom ikun diġà skada t-terminu sabiex jiġi deċiż jekk jingħatax SIES bis-saħħa tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(7)(ċ) tar-Regolament bażiku”. Għaldaqstant, Canadian Solar ma jixtieqx jikseb sempliċi eżami mill-ġdid tar-rikors ippreżentat quddiem il-Qorti Ġenerali (15).

44.      It-tieni nett, il-Kummissjoni targumenta li l-argument tal-appellant li s-sitwazzjoni tiegħu saret definittiva malli skada t-terminu ta’ tliet xhur imsemmi iktar ’il fuq huwa inammissibbli għaliex sempliċement itenni argument imqajjem quddiem il-Qorti Ġenerali.

45.      Din l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà, fil-fehma tiegħi, trid tiġi miċħuda wkoll. B’dan l-argument Canadian Solar qiegħed jikkontesta l-invokazzjoni mill-Qorti Ġenerali, fil-punt 157 tas-sentenza appellata, tal-ġurisprudenza li għandha x’taqsam mal-applikazzjoni immedjata ta’ dispożizzjonijiet ġodda. Skont din il-ġurisprudenza, ir-regoli sostantivi, kuntrarjament għal regoli proċedurali, ma japplikawx għal sitwazzjonijiet eżistenti qabel id-dħul fis-seħħ tagħhom. Canadian Solar jargumenta li l-obbligu tal-Kummissjoni li twettaq determinazzjoni tas-SIES huwa regola sostantiva. Għaldaqstant, l-appellant jikkritika l-konstatazzjoni tal-Qorti Ġenerali, fil-punti 159 sa 162 tas-sentenza appellata, li l-iskadenza tat-terminu ta’ tliet xhur imsemmi iktar ’il fuq ma ħolqietx sitwazzjoni definittiva fir-rigward tiegħu. Konsegwentement, Canadian Solar ma jixtieqx jikseb sempliċi eżami mill-ġdid tar-rikors ippreżentat quddiem il-Qorti Ġenerali.

46.      It-tielet nett, il-Kunsill u l-Kummissjoni jikkontestaw l-ammissibbiltà tal-argument tal-appellant li l-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 1168/2012 huwa invalidu sa fejn jirrigwarda lil Canadian Solar. L-appellant ma qajjimx eċċezzjoni ta’ illegalità tal-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 1168/2012 quddiem il-Qorti Ġenerali. Għaldaqstant, huma qegħdin isostnu li dan l-argument huwa ġdid u, bħala tali, inammissibbli.

47.      Fl-opinjoni tiegħi, din l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà għandha tiġi miċħuda.

48.      Huwa veru li Canadian Solar ma rreferiex espressament għall-Artikolu 277 TFUE quddiem il-Qorti Ġenerali (16).

49.      Madankollu, fir-rikors tiegħu quddiem il-Qorti Ġenerali, Canadian Solar argumenta li “interpretazzjoni [tar-Regolament Nru 1168/2012] fis-sens li japplika għal investigazzjonijiet pendenti li fihom il-partijiet interessati għandhom dritt miksub li t-talba għal SIES tagħhom tiġi eżaminata fi żmien tliet xhur, tkun tikser l-aspettattivi leġittimi ta’ partijiet interessati fl-investigazzjoni”. Għaldaqstant, l-eċċezzjoni ta’ illegalità kienet inkluża b’mod impliċitu iżda ċar fir-rikors quddiem il-Qorti Ġenerali. Konsegwentement, l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà bbażata fuq in-natura allegatament ġdida tal-eċċezzjoni ta’ illegalità għandha tiġi miċħuda (17).

50.      Barra minn hekk, ninnota li, fil-punti 154 u 167 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li “anki jekk [il-ħames motiv, li jallega ksur tal-Artikolu 2(7)(ċ) tar-Regolament bażiku] ikollu jinftiehem fis-sens li r-rikorrenti jsostnu li r-Regolament Nru 1168/2012 huwa illegali”, dan ikollu jiġi miċħud peress li l-prinċipju ta’ ċertezza legali jikkonċerna biss sitwazzjonijiet stabbiliti qabel id-dħul fis-seħħ tad-dispożizzjoni l-ġdida, u dan ma japplikax għas-sitwazzjoni tal-appellant. Skont il-ġurisprudenza, appellant huwa intitolat jinvoka motivi li jirriżultaw mis-sentenza appellata li huma intiżi li jikkritikaw, fid-dritt, il-fondatezza tagħha, irrispettivament minn jekk l-appellant qajjimx dawn il-motivi quddiem il-Qorti Ġenerali (18).

51.      Għalhekk inqis li l-ewwel parti tat-tielet aggravju hija ammissibbli.

b)      Sustanza

1)      Introduzzjoni

52.      Ser nibda billi nirrimarka li produttur minn pajjiż li ma għandux ekonomija tas-suq jista’ jingħata status ta’ impriża li topera f’ekonomija tas-suq (SIES) skont l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku. F’tali każ, il-valur normali jiġi kkalkolat inkonformità mar-regoli applikabbli għal pajjiżi li għandhom ekonomija tas-suq. Dan ma jiġix ikkalkolat abbażi tal-prezzijiet f’pajjiż terz analogu li għandu ekonomija tas-suq, kif huwa l-każ għal produtturi suġġetti għall-istess proċedimenti li ma jingħatawx SIES, skont l-Artikolu 2(7)(a) ta’ dan ir-regolament (19).

53.      Kif indikat fil-punt 2 iktar ’il fuq, ir-Regolament Nru 1168/2012 emenda l-Artikolu 2(7)(ċ) tar-Regolament bażiku fis-sens li d-determinazzjoni tas-SIES issir “normalment fi żmien seba’ xhur, iżda fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn tmien xhur, mill-bidu tal-investigazzjoni”. Skont l-Artikolu 2(7)(ċ) tar-Regolament bażiku fil-verżjoni oriġinali tiegħu, id-determinazzjoni tas-SIES kellha ssir fi żmien tliet xhur mill-bidu tal-investigazzjoni.

54.      Barra minn hekk, ir-Regolament Nru 1168/2012 kien jillimita l-obbligu tal-istituzzjonijiet li jwettqu determinazzjoni dwar it-talbiet għal SIES. Meta, skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni tkun iddeċidiet li tillimita l-investigazzjoni tagħha għal kampjuni rappreżentattivi ta’ operaturi ekonomiċi (20), l-istituzzjonijiet issa jkunu obbligati li jwettqu determinazzjoni biss meta t-talba għal SIES tiġi ssottomessa minn produttur inkluż fil-kampjun jew minn produttur li kiseb il-kalkolu ta’ marġni tad-dumping individwali inkonformità mal-Artikolu 17(3) ta’ dan ir-regolament. L-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku fil-verżjoni oriġinali tiegħu ma kien jipprevedi l-ebda limitazzjoni fir-rigward tal-obbligu tal-istituzzjonijiet li jwettqu determinazzjoni dwar talbiet għal SIES.

55.      Nixtieq nirrimarka wkoll li t-terminu ta’ tliet xhur previst fl-Artikolu 2(7)(ċ) tar-Regolament bażiku fil-verżjoni oriġinali tiegħu rriżulta li kien “wieħed mhux prattiku partikolarment fi proċedimenti fejn [isir] it-teħid tal-kampjuni” (21) u, fil-prattika, ma kienx osservat dejjem mill-Kummissjoni (22). Din is-sitwazzjoni wasslet lill-Kummissjoni sabiex tipproponi, fl‑2011, li dan it-terminu jiġi estiż għal sitt xhur (23). Madankollu, it-terminu ta’ tliet xhur ġie estiż biss wara d-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Brosmann (24). F’dik is-sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li, fejn jiġi applikat l-eżerċizzju ta’ teħid ta’ kampjuni, l-istituzzjonijiet huma obbligati jeżaminaw it-talbiet kollha għal SIES issottomessi minn operaturi ekonomiċi mhux inklużi fil-kampjun fi żmien tliet xhur mill-bidu tal-investigazzjoni (25). Peress li dik is-sentenza imponiet “piż amministrattiv sproporzjonat” fuq il-Kummissjoni (26), tqies li huwa xieraq li jiġi estiż għal tmien xhur it-terminu li fih għandha ssir id-determinazzjoni tas-SIES, u b’hekk ġew ikkumpensati l-konsegwenzi tad-deċiżjoni fis-sentenza Brosmann (għal din ir-raġuni, ir-Regolament Nru 1168/2012 jitqies bħala l-“emenda anti-Brosmann”) (27).

56.      F’dan il-każ, Canadian Solar issottometta talba għal SIES fis‑6 ta’ Settembru 2012. Huwa ġie informat li din it-talba ma kinitx ser tiġi kkunsidrata fit‑3 ta’ Jannar 2013, jiġifieri (i) wara li t-terminu ta’ tliet xhur imsemmi fil-punt 53 iktar ’il fuq kien skada fis‑6 ta’ Diċembru 2012, u (ii) wara li r-Regolament Nru 1168/2012 kien daħal fis-seħħ fil‑15 ta’ Diċembru 2012. Canadian Solar ma ġiex inkluż fil-kampjun. Huwa lanqas ma ngħata l-benefiċċju tal-Artikolu 17(3) tar-Regolament bażiku.

2)      Fuq l-ewwel parti tat-tielet aggravju

57.      Bl-ewwel parti tat-tielet aggravju tiegħu, Canadian Solar isostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ddeċidiet li r-Regolament Nru 1168/2012 japplika.

58.      Inqis li r-Regolament Nru 1168/2012 japplika għall-investigazzjoni li wasslet għall-adozzjoni tar-Regolament kontenzjuż.

59.      L-ewwel nett, l-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 1168/2012 jipprovdi li l-imsemmi regolament japplika “għall-investigazzjonijiet […] pendenti kollha mill‑15 ta’ Diċembru 2012” (28).

60.      Investigazzjoni antidumping tibda mal-pubblikazzjoni ta’ notifika ta’ bidu skont l-Artikolu 5(10) tar-Regolament bażiku. Investigazzjoni mibdija skont l-Artikolu 5 tal-imsemmi regolament tintemm jew mal-adozzjoni ta’ miżuri definittivi abbażi tal-Artikolu 9(4) tal-imsemmi regolament (29), jew b’deċiżjoni li l-proċedimenti jiġu tterminati mingħajr l-adozzjoni ta’ miżuri abbażi tal-Artikolu 9(2) tal-istess regolament (30). Konsegwentement, investigazzjoni għandha titqies bħala “pendenti” fis-sens tal-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 1168/2012 sakemm jiġu adottati miżuri definittivi jew deċiżjoni skont l-Artikolu 9(2) tar-Regolament bażiku.

61.      Fil-każ ineżami, l-investigazzjoni bdiet fis‑6 ta’ Settembru 2012 bil-pubblikazzjoni tan-notifika ta’ bidu u ntemmet bl-adozzjoni tar-Regolament kontenzjuż fit‑2 ta’ Diċembru 2013. Għaldaqstant, din kienet għadha “pendenti” meta r-Regolament Nru 1168/2012 daħal fis-seħħ fil‑15 ta’ Diċembru 2012.

62.      Il-kwistjoni jekk produttur speċifiku f’pajjiż li ma għandux ekonomija tas-suq joperax taħt kundizzjonijiet ta’ ekonomija tas-suq, u għalhekk għandu jingħata SIES, hija biss pass wieħed fl-investigazzjoni, li l-għan tagħha huwa li jiġi vverifikat jekk il-kundizzjonijiet għall-impożizzjoni ta’ dazji antidumping humiex issodisfatti, jiġifieri, jekk jeżistix dumping u dannu kkawżat minnu, u l-interess tal-Unjoni jitlob li jsir intervent. Ladarba tkun saret id-determinazzjoni tas-SIES, jew ikun skada t-terminu li fih trid issir din id-determinazzjoni, l-investigazzjoni tkun għadha għaddejja fir-rigward tal-operaturi ekonomiċi kollha suġġetti għall-investigazzjoni, inkluż il-produttur li ssottometta t-talba għal SIES (peress li jkunu għadhom iridu jiġu evalwati l-valur normali, kif ukoll il-kundizzjonijiet l-oħra għall-impożizzjoni ta’ dazji antidumping). Għaldaqstant, huwa irrilevanti li t-terminu ta’ tliet xhur li fih kellha ssir id-determinazzjoni tas-SIES skont l-Artikolu 2(7)(ċ) tar-Regolament bażiku fil-verżjoni oriġinali tiegħu skada fis‑6 ta’ Diċembru 2012, jiġifieri, qabel ma r-Regolament Nru 1168/2012 daħal fis-seħħ fil‑15 ta’ Diċembru 2012. Li jgħodd huwa li r-Regolament Nru 1168/2012 daħal fis-seħħ qabel ma ġie adottat ir-Regolament kontenzjuż.

63.      It-tieni nett, l-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 1168/2012 jipprovdi li l-imsemmi regolament japplika “għall-investigazzjonijiet […] pendenti kollha” (31). Dan ma jagħmilx distinzjoni bejn investigazzjonijiet li għalihom ikun diġà skada t-terminu ta’ tliet xhur li fih trid issir determinazzjoni tas-SIES skont il-verżjoni oriġinali tal-Artikolu 2(7)(ċ) tar-Regolament bażiku u investigazzjonijiet li fihom dan ma jkunx skada.

64.      It-tielet nett, l-argument tal-appellant li r-Regolament Nru 1168/2012 huwa regola sostantiva u, bħala tali, ma japplikax għal sitwazzjonijiet eżistenti qabel id-dħul fis-seħħ tiegħu, bħal dik ta’ Canadian Solar, ma jistax jiġi aċċettat.

65.      Skont ġurisprudenza stabbilita, bħala regola ġenerali, il-prinċipju ta’ ċertezza legali jipprekludi li att tal-Unjoni jidħol fis-seħħ f’data qabel dik tal-pubblikazzjoni tiegħu. Madankollu, dan jista’ jkun mod ieħor meta l-għan mixtieq jeżiġi dan u meta l-aspettattivi leġittimi tal-persuni kkonċernati jkunu debitament osservati (32). Għaldaqstant, filwaqt li regola tad-dritt ġdida ma tapplikax għas-sitwazzjonijiet ġuridiċi li jkunu tnisslu u li saru definittivi taħt id-dritt preċedenti, din tapplika għall-effetti futuri tagħhom, kif ukoll għas-sitwazzjonijiet ġuridiċi ġodda (33). Dan ikun differenti, u suġġett għall-prinċipju ta’ nuqqas ta’ retroattività tal-atti ġuridiċi, fil-każ biss li r-regola l-ġdida jkollha magħha dispożizzjonijiet speċifiċi li jiddeterminaw, b’mod partikolari, il-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni ratione temporis tagħha (34).

66.      Hija wkoll ġurisprudenza stabbilita li r-regoli proċedurali huma ġeneralment meqjusa applikabbli għall-proċeduri kollha li jkunu pendenti meta dawn jidħlu fis-seħħ (35), filwaqt li, sabiex tiġi ggarantita l-osservanza tal-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, ir-regoli sostantivi ġeneralment jiġu interpretati bħala li japplikaw għal sitwazzjonijiet li kienu jeżistu qabel id-dħul fis-seħħ tagħhom biss sa fejn mill-kliem, mill-għanijiet jew mill-istruttura tagħhom jirriżulta b’mod ċar li t-tali effett għandu jiġi attribwit lilhom (36).

67.      Qabel kollox, jidhirli li l-Artikolu 1(1)(a) tar-Regolament Nru 1168/2012, li jestendi t-terminu li fih trid issir id-determinazzjoni tas-SIES minn tliet xhur għal tmien xhur, huwa regola proċedurali. Tabilħaqq, din id-dispożizzjoni ma għandhiex impatt fuq id-dritt tal-produtturi li jitolbu SIES jew fuq il-kundizzjonijiet għall-kisba ta’ SIES. Għaldaqstant, fil-fehma tiegħi, l-Artikolu 1(1)(a) tar-Regolament Nru 1168/2012 japplika għal sitwazzjonijiet ġuridiċi li ma kinux saru definittivi meta dan ir-regolament daħal fis-seħħ fil‑15 ta’ Diċembru 2012.

68.      Għandu jiġi ddeterminat, għalhekk, jekk, fil-każ ineżami, is-sitwazzjoni ta’ Canadian Solar kinitx teżisti qabel daħal fis-seħħ ir-Regolament Nru 1168/2012 (b’kuntrast għal sitwazzjoni li kienet għadha provviżorja fil‑15 ta’ Diċembru 2012).

69.      Fis-sentenza Varec (37) wieħed jista’ jsib eżempju ta’ sitwazzjoni “eżistenti” meta r-regola l-ġdida daħlet fis-seħħ. F’dik is-sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat li d-dritt ta’ offerent għall-protezzjoni ta’ informazzjoni kunfidenzjali inkluża fl-offerta kkonkretizza ruħu meta l-offerta ġiet issottomessa fil-proċedura ta’ għoti. Konsegwentement, id-Direttiva 2004/18/KE (38), li daħlet fis-seħħ wara s-sottomissjoni ta’ din l-offerta, ma kinitx tapplika (39).

70.      Eżempju ta’ sitwazzjoni li kienet għadha provviżorja meta r-regola l-ġdida daħlet fis-seħħ jinsab fis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża Pokrzeptowicz-Meyer (40). Kuntratt ta’ impjieg għal żmien determinat li ġie konkluż qabel id-data li fiha r-regola l-ġdida daħlet fis-seħħ, meta l-perijodu ta’ impjieg jintemm wara dik id-data, ma setax jitqies bħala sitwazzjoni eżistenti. Tabilħaqq, “il-konklużjoni ta’ kuntratt ta’ impjieg għal żmien determinat ma teżawrixxix l-effetti legali proprji fid-data tal-iffirmar tiegħu, iżda tibqa’, għall-kuntrarju, tipproduċi regolarment l-effetti tagħha matul il-perijodu tal-kuntratt” (41). Konsegwentement, ir-regola l-ġdida kienet tapplika.

71.      Fil-kawża Moravia Gas Storage (42) wieħed jista’ jsib eżempju ieħor ta’ sitwazzjoni li kienet għadha provviżorja meta regola ġdida daħlet fis-seħħ. Skont id-Direttiva 2003/55/KE (43) u d-Direttiva 2009/73/KE (44), li ħassret id-Direttiva 2003/55, infrastrutturi maġġuri ġodda tal-gass jistgħu, fuq talba, jiġu eżentati mill-obbligu li jipprovdu aċċess innegozjat għal terzi. Din l-eżenzjoni tingħata mill-awtorità nazzjonali kompetenti u l-istess awtorità tinnotifikaha lill-Kummissjoni, li min-naħa tagħha tista’ titlob lill-Istat Membru kkonċernat sabiex jemenda jew jirtira d-deċiżjoni ta’ eżenzjoni. Instab li din id-deċiżjoni ma ħolqotx sitwazzjoni eżistenti, għar-raġuni li l-Kummissjoni tista’ titlob l-emenda jew l-irtirar tagħha. Għaldaqstant, id-Direttiva 2009/73, li daħlet fis-seħħ wara l-adozzjoni u n-notifika tad-deċiżjoni ta’ eżenzjoni inkwistjoni, iżda qabel ma l-Kummissjoni ordnat lill-Istat Membru inkwistjoni sabiex jirtira dik id-deċiżjoni, kellha tapplika (45).

72.      Inqis li s-sitwazzjoni ta’ Canadian Solar kienet għadha provviżorja meta r-Regolament Nru 1168/2012 daħal fis-seħħ.

73.      Dan għaliex fl-iskadenza tal-perijodu ta’ tliet xhur li fih kellha ssir id-determinazzjoni tas-SIES skont l-Artikolu 2(7)(ċ) tar-Regolament bażiku, fil-verżjoni oriġinali tiegħu, l-ebda dritt ma kien ikkonkretizza ruħu (46).

74.      Tabilħaqq, mill-ġurisprudenza jirriżulta li n-nuqqas ta’ osservanza ta’ dan it-terminu ta’ tliet xhur jista’ jwassal għall-annullament tar-regolament adottat fit-tmiem tal-proċedura biss jekk ikun hemm possibbiltà li, minħabba din l-irregolarità, din il-proċedura setgħet wasslet għal riżultat differenti. Dan ir-regolament ma jistax jiġi annullat minħabba s-sempliċi raġuni li l-Kunsill u l-Kummissjoni ma ddeċidewx fi ħdan it-terminu previst (47). Minn dan isegwi li l-istituzzjonijiet jistgħu jwettqu determinazzjoni tas-SIES b’mod validu wara l-iskadenza tat-terminu ta’ tliet xhur stabbilit fl-Artikolu 2(7)(ċ) tar-Regolament bażiku fil-verżjoni oriġinali tiegħu (dment li t-tardività ma kellhiex impatt fuq l-eżitu tal-proċedura). Minn dan isegwi wkoll li Canadian Solar ma ngħatax SIES awtomatikament mal-iskadenza ta’ dan it-terminu ta’ tliet xhur minħabba n-nuqqas ta’ azzjoni min-naħa tal-Kummissjoni.

75.      Barra minn hekk, li kieku l-Kummissjoni wettqet determinazzjoni tas-SIES fi ħdan it-terminu ta’ tliet xhur, din id-determinazzjoni setgħet ġiet emendata fi stadju sussegwenti tal-proċedimenti, wara l-iskadenza ta’ dan it-terminu (48). Minn dan isegwi li mal-iskadenza tat-terminu ta’ tliet xhur ma tinħoloqx sitwazzjoni definittiva. B’mod simili, fil-kawża Moravia Gas Storage, ir-raġuni għalfejn ma kinitx teżisti sitwazzjoni definittiva mal-adozzjoni ta’ deċiżjoni ta’ eżenzjoni nazzjonali kienet li dik id-deċiżjoni kienet għadha tista’ tiġi kkontestata mill-Kummissjoni fi stadju sussegwenti tal-proċedimenti (49).

76.      Għaldaqstant, il-Qorti Ġenerali ma wettqitx żball ta’ liġi meta kkonstatat, fil-punti 159 sa 166 tas-sentenza appellata, li Canadian Solar kien f’sitwazzjoni provviżorja meta r-Regolament Nru 1168/2012 daħal fis-seħħ.

77.      Konsegwentement, skont il-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 66 iktar ’il fuq, l-estensjoni tat-terminu li fih trid titwettaq id-determinazzjoni tas-SIES, prevista fl-Artikolu 1(1)(a) tar-Regolament Nru 1168/2012, kienet tapplika għall-investigazzjoni li wasslet għall-adozzjoni tar-Regolament kontenzjuż.

78.      It-tieni nett, l-Artikolu 1(1)(b) tar-Regolament Nru 1168/2012 jistipula li, meta jsir l-eżerċizzju ta’ teħid ta’ kampjuni, l-istituzzjonijiet huma obbligati li jwettqu determinazzjoni biss meta t-talba għal SIES tiġi ssottomessa minn produtturi inklużi fil-kampjun jew minn produtturi li kisbu l-kalkolu ta’ marġni ta’ dumping individwali inkonformità mal-Artikolu 17(3) tar-Regolament bażiku. L-istituzzjonijiet ma humiex meħtieġa jikkunsidraw talbiet għal SIES issottomessi minn produtturi li ma humiex inklużi fil-kampjun, bħall-appellant, ħlief jekk ikunu kisbu l-kalkolu ta’ marġni ta’ dumping individwali skont l-Artikolu 17(3) tar-Regolament bażiku (50).

79.      Fil-fehma tiegħi, l-Artikolu 1(1)(b) tar-Regolament Nru 1168/2012 huwa regola sostantiva peress li jċaħħad lill-prodotturi li ma humiex inklużi fil-kampjun mid-dritt tagħhom li t-talbiet tagħhom għal SIES jiġu eżaminati, sakemm ma jkunux kisbu l-kalkolu ta’ marġni ta’ dumping individwali skont l-Artikolu 17(3) tar-Regolament bażiku. Skont il-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 66 iktar ’il fuq, bħala regola sostantiva dan ma għandux japplika għal sitwazzjonijiet li kienu għadhom provviżorji meta daħal fis-seħħ, bħalma kienet is-sitwazzjoni ta’ Canadian Solar (51). Madankollu, skont l-istess ġurisprudenza, dan kien xorta waħda japplika għaliex mill-kliem tal-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 1168/2012 jirriżulta b’mod ċar li “[d]an ir-Regolament”, jiġifieri d-dispożizzjonijiet kollha tiegħu, japplika “għall-investigazzjonijiet […] pendenti kollha mill‑15 ta’ Diċembru 2012”.

80.      Konsegwentement, l-Artikolu 1(1)(b) tar-Regolament Nru 1168/2012 kien japplika għall-investigazzjoni li wasslet għall-adozzjoni tar-Regolament kontenzjuż.

81.      Il-Qorti Ġenerali kkonstatat korrettament, fil-punt 166 tas-sentenza appellata, li, minħabba l-fatt li fil‑15 ta’ Diċembru 2012 Canadian Solar kien f’sitwazzjoni provviżorja, ir-Regolament Nru 1168/2012 kien japplika.

82.      Ir-raba’ nett, l-eċċezzjoni ta’ illegalità mqajma mill-appellant kontra l-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 1168/2012 ma tistax tintlaqa’. Fil-fehma ta’ Canadian Solar, din id-dispożizzjoni tikser il-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ nuqqas ta’ retroattività. Madankollu, skont il-ġurisprudenza, il-prinċipju ta’ ċertezza legali ma jipprekludix li l-punt ta’ tluq tal-applikazzjoni ratione temporis ta’ att tal-Unjoni jkun stabbilit, eċċezzjonalment, għal data qabel dik tal-pubblikazzjoni tiegħu, sakemm jiġu osservati l-aspettattivi leġittimi tal-persuni kkonċernati (52). Il-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi ġeneralment ma jipprevjenix l-applikazzjoni ta’ regoli ġodda għall-effetti futuri ta’ sitwazzjonijiet maħluqa taħt regoli preċedenti (53) u, fil-każ ineżami, Canadian Solar ma spjegax għalfejn il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkonstatat, fil-punt 168 tas-sentenza appellata, li, fid-data tal-bidu tal-investigazzjoni, l-appellant seta’ u kellu jipprevedi l-adozzjoni tar-Regolament Nru 1168/2012. Konsegwentement, il-Qorti Ġenerali ma wettqitx żball ta’ liġi meta kkonstatat, fil-punt 154 tas-sentenza appellata, li r-Regolament Nru 1168/2012 kien legali.

83.      Fil-fehma tiegħi, l-eċċezzjoni ta’ illegalità mqajma mill-appellant u l-ewwel parti tat-tielet aggravju għandhom jiġu miċħuda.

3)      Fuq it-tieni parti tat-tielet aggravju

84.      Bit-tieni parti tat-tielet aggravju tiegħu, Canadian Solar isostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkonstatat li n-nuqqas ta’ determinazzjoni tas-SIES mill-istituzzjonijiet ma kienx ivvizzja r-Regolament kontenzjuż.

85.      Fil-fehma tiegħi, it-tieni parti tat-tielet aggravju għandha tiġi miċħuda.

86.      L-ewwel nett, mill-punt 77 iktar ’il fuq isegwi li l-istituzzjonijiet ma kellhomx obbligu jwettqu determinazzjoni fi ħdan it-terminu ta’ tliet xhur previst fl-Artikolu 2(7)(ċ) tar-Regolament bażiku fil-verżjoni oriġinali tiegħu, peress li kien japplika t-terminu ta’ tmien xhur stipulat fir-Regolament Nru 1168/2012. Konsegwentement, in-nuqqas ta’ determinazzjoni min-naħa tal-istituzzjonijiet fi ħdan it-terminu preċedenti ma jistax jivvizzja r-Regolament kontenzjuż. Il-Qorti Ġenerali ma wettqitx żball ta’ liġi meta kkonstatat, fil-punt 163 tas-sentenza appellata, li n-nuqqas ta’ osservanza ta’ dan it-terminu min-naħa tal-istituzzjonijiet ma kienx jivvizzja r-Regolament kontenzjuż.

87.      Barra minn hekk, fl-opinjoni tiegħi, l-istituzzjonijiet ma kinux obbligati jwettqu determinazzjoni dwar it-talba għal SIES imressqa minn Canadian Solar. Dan għaliex, kif semmejt fil-punt 80 iktar ’il fuq, l-Artikolu 1(1)(b) tar-Regolament Nru 1168/2012, li emenda l-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku fis-sens li determinazzjoni trid titwettaq biss fir-rigward ta’ talbiet għal SIES issottomessi minn produtturi inklużi fil-kampjun jew minn produtturi li kisbu l-kalkolu ta’ marġni ta’ dumping individwali, kien japplika. Peress li Canadian Solar ma ġiex inkluż fil-kampjun u ma kienx kiseb il-kalkolu ta’ marġni ta’ dumping individwali, l-istituzzjonijiet ma kinux obbligati jwettqu determinazzjoni dwar it-talba tiegħu għal SIES. Għaldaqstant, il-Qorti Ġenerali kkonstatat korrettament, fil-punt 170 tas-sentenza appellata, li Canadian Solar ma kellux dritt li t-talba tiegħu għal SIES tiġi eżaminata. Konsegwentement, in-nuqqas ta’ din id-determinazzjoni min-naħa tal-istituzzjonijiet ma setax jivvizzja r-Regolament kontenzjuż.

88.      It-tieni nett, l-argument tal-appellant li huwa ma jistax jikkontesta n-nuqqas tal-Kummissjoni li twettaq determinazzjoni tas-SIES ma jistax jiġi aċċettat. Dan in-nuqqas ġie kkontestat minn Canadian Solar fil-kuntest tar-rikors għall-annullament tar-Regolament kontenzjuż u ġie eżaminat debitament mill-Qorti Ġenerali fil-punti 149 sa 170 tas-sentenza appellata. Dan qiegħed jiġi kkontestat quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u huwa kkunsidrat f’dawn il-konklużjonijiet.

89.      Konsegwentement, il-Qorti Ġenerali ma wettqitx żball ta’ liġi meta kkonstatat li n-nuqqas ta’ determinazzjoni min-naħa tal-istituzzjonijiet dwar it-talba għal SIES imressqa minn Canadian Solar ma jivvizzjax ir-Regolament kontenzjuż.

90.      Nikkonkludi li t-tielet aggravju għandu jiġi miċħud.

B.      Fuq ir-raba’ aggravju

1.      L-argumenti tal-partijiet

91.      Ir-raba’ aggravju jinqasam f’żewġ partijiet.

92.      Fl-ewwel parti tar-raba’ aggravju tiegħu, Canadian Solar isostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ppermettiet, fil-punti 205 sa 217 tas-sentenza appellata, lill-istituzzjonijiet jistabbilixxu livell ta’ dazju antidumping li jagħmel tajjeb mhux biss għad-dannu imputat lill-importazzjonijiet li huma s-suġġett ta’ dumping, iżda wkoll għad-dannu imputat lil fatturi magħrufa oħra. F’dan ir-rigward, Canadian Solar l-ewwel nett jargumenta li, meta jiddeterminaw l-ammont tad-dazju antidumping, l-istituzzjonijiet iridu jwarrbu l-effetti ta’ dawn il-fatturi l-oħra anki fejn ma jiksrux ir-rabta kawżali bejn id-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni u l-importazzjonijiet li huma s-suġġett ta’ dumping. Inkella tkun qiegħda tingħata iktar protezzjoni lill-industrija tal-Unjoni minn dak li huwa neċessarju. Għaldaqstant, il-Qorti Ġenerali wettqet żball meta kkonstatat li l-istituzzjonijiet iridu jwarrbu l-effetti ta’ dawn il-fatturi l-oħra biss meta jiksru r-rabta kawżali. It-tieni nett, il-Qorti Ġenerali wettqet żball meta kkonstatat li, meta jistabbilixxu l-ammont tad-dazju antidumping, l-istituzzjonijiet ma kinux meħtieġa jwarrbu l-effetti ta’ tliet fatturi speċifiċi magħrufa oħra (jiġifieri x-xiri tal-prodott ikkonċernat minn produtturi tal-Unjoni għall-bejgħ mill-ġdid fis-suq tal-Unjoni bħala prodott tagħhom stess, l-iskontijiet fi skema ta’ sussidji offruta minn Stati Membri, u l-kriżi finanzjarja) peress li dawn it-tliet fatturi ma kisrux ir-rabta kawżali.

93.      Fit-tieni parti tar-raba’ aggravju tiegħu, Canadian Solar isostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkonstatat, fil-punti 202 u 205 tas-sentenza appellata, li kien l-appellant li kellu l-oneru juri l-effetti kwantitattivi ta’ fatturi oħra għajr l-importazzjonijiet li huma s-suġġett ta’ dumping.

94.      Il-Kunsill isostni li l-ewwel parti tar-raba’ aggravju għandha tiġi miċħuda bħala infondata u jitlob lill-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha tipproċedi għal sostituzzjoni tal-motivi fil-punti 191 sa 193 tas-sentenza appellata u tiddeċiedi li d-determinazzjoni tad-dannu skont l-Artikolu 3 tar-Regolament bażiku u l-kalkolu tal-marġni tad-dannu inkonformità mal-Artikolu 9(4) tiegħu huma żewġ kwistjonijiet separati.

95.      Sussidjarjament, il-Kunsill isostni li l-ewwel parti tar-raba’ aggravju għandha tiġi miċħuda bħala parzjalment inammissibbli u kompletament infondata. L-ewwel nett, il-Kunsill isostni li l-argument tal-appellant li l-Qorti Ġenerali wettqet żball meta kkonstatat li l-effetti tat-tliet fatturi magħrufa l-oħra msemmija fil-punt 92 iktar ’il fuq huma insinjifikattivi, huwa inammissibbli peress li huwa kwistjoni ta’ fatt. It-tieni nett, il-Kunsill isostni li l-ewwel parti tar-raba’ aggravju hija infondata peress li, għall-kuntrarju ta’ dak li jargumenta Canadian Solar, il-Qorti Ġenerali ma ddeċidietx li l-istituzzjonijiet huma obbligati jistabbilixxu livell ta’ dazju antidumping li jagħmel tajjeb biss għad-dannu imputat lill-importazzjonijiet li huma s-suġġett ta’ dumping. Il-Qorti Ġenerali lanqas ma wettqet żball meta kkonstatat li l-effetti tat-tliet fatturi magħrufa l-oħra msemmija iktar ’il fuq huma insinjifikattivi.

96.      Il-Kunsill isostni wkoll li t-tieni parti tar-raba’ aggravju hija infondata.

97.      Il-Kummissjoni tisħaq li l-ewwel parti tar-raba’ aggravju hija ineffettiva u, sussidjarjament, infondata. Hija ineffettiva għaliex il-Qorti Ġenerali ma ddeċidietx li, meta jiddeterminaw l-ammont tad-dazju antidumping, l-istituzzjonijiet huma obbligati jwettqu analiżi ta’ imputazzjoni u analiżi ta’ nuqqas ta’ imputazzjoni. Sussidjarjament, jekk il-Qorti tal-Ġustizzja tikkunsidra li l-Qorti Ġenerali ddeċidiet li dawn l-analiżi jridu jitwettqu għad-determinazzjoni tal-ammont tad-dazju antidumping, il-Kummissjoni ssostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi u titlob li għandha ssir sostituzzjoni tal-motivi f’dan ir-rigward (54).

98.      Il-Kummissjoni ssostni li t-tieni parti tar-raba’ aggravju hija infondata. Dan isegwi, b’mod partikolari, mill-fatt li l-ewwel parti ta’ dan l-aggravju hija infondata.

2.      Evalwazzjoni

99.      Bir-raba’ aggravju, Canadian Solar isostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ppermettiet lill-istituzzjonijiet jistabbilixxu dazju antidumping f’livell li jagħmel tajjeb mhux biss għal dannu imputat lill-importazzjonijiet li huma s-suġġett ta’ dumping, iżda wkoll għal dannu imputat lil fatturi magħrufa oħra, u meta indebitament qalbet l-oneru tal-prova.

a)      Ammissibbiltà

100. Kif semmejt fil-punt 92 iktar ’il fuq, Canadian Solar isostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball meta kkonstatat li, meta jistabbilixxu l-ammont tad-dazju antidumping, l-istituzzjonijiet ma kinux meħtieġa jwarrbu l-effetti ta’ tliet fatturi speċifiċi magħrufa oħra, għaliex dawn il-fatturi l-oħra ma kisrux ir-rabta kawżali bejn id-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni u l-importazzjonijiet li huma s-suġġett ta’ dumping. Il-Kunsill isostni li dan l-argument huwa inammissibbli peress li huwa kwistjoni ta’ fatt.

101. Fl-opinjoni tiegħi, din l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà għandha tiġi miċħuda.

102. Il-kwistjoni ta’ jekk l-effett ta’ fattur speċifiku magħruf għajr l-importazzjonijiet li huma s-suġġett ta’ dumping jistax jitqies bħala “insinjifikattiv”, u għalhekk ma jiksirx ir-rabta kawżali bejn id-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni u l-importazzjonijiet li huma s-suġġett ta’ dumping, hija kwistjoni ta’ karatterizzazzjoni legali tal-fatti u mhux kwistjoni ta’ fatt. Bħala tali, din tista’ tiġi eżaminata mill-Qorti tal-Ġustizzja (55).

b)      Sustanza

1)      Fuq l-ewwel parti tar-raba’ aggravju

i)      Introduzzjoni

103. L-Artikolu 3(1) tar-Regolament bażiku jeħtieġ li d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni jkun “materjali”. Skont l-Artikolu 3(2) tal-imsemmi regolament, sabiex jiġi ddeterminat jekk l-industrija tal-Unjoni ġġarrabx dannu materjali, iridu jittieħdu inkunsiderazzjoni, l-ewwel nett, il-volum tal-importazzjonijiet li huma s-suġġett ta’ dumping u l-effett tagħhom fuq il-prezzijiet fl-Unjoni u, it-tieni nett, l-impatt konsegwenti ta’ dawn l-importazzjonijiet fuq l-industrija tal-Unjoni.

104. F’dak li jirrigwarda l-impatt tal-importazzjonijiet li huma s-suġġett ta’ dumping fuq l-industrija tal-Unjoni, l-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku jeżiġi dimostrazzjoni li l-volum u/jew il-prezzijiet ta’ dawn l-importazzjonijiet “huma responsabbli għal impatt fuq l-industrija [tal-Unjoni] […], u li dan l-impatt jeżisti sa grad li jagħmlu possibbli li jiġi kklasifikat bħala materjali”. Din l-analiżi hija magħrufa bħala l-“analiżi ta’ imputazzjoni” (56).

105. Barra minn hekk, fatturi oħra għajr l-importazzjonijiet li huma s-suġġett ta’ dumping jistgħu jikkontribwixxu għad-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. Pereżempju, skont ir-Regolament kontenzjuż, il-kriżi finanzjarja u l-effetti tagħha fuq l-aċċess għall-finanzi kellhom ċertu impatt fuq is-sitwazzjoni tal-industrija solari tal-Unjoni, li tiddependi ħafna mill-kapital (57). Skont l-Artikolu 3(7) tar-Regolament bażiku, fatturi magħrufa oħra għajr l-importazzjonijiet li huma s-suġġett ta’ dumping iridu “jiġu eżaminati sabiex jiżguraw li l-ħsara kkawżata minn dawn il-fatturi l-oħra mhix attribwita għall-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping taħt paragrafu 6”. Din l-analiżi hija magħrufa bħala l-“analiżi ta’ nuqqas ta’ imputazzjoni” (58).

106. Skont ġurisprudenza stabbilita, huma l-istituzzjonijiet li għandhom jivverifikaw jekk l-effetti ta’ dawn il-fatturi l-oħra kinux ta’ natura li jiksru r-rabta kawżali bejn, minn naħa, l-importazzjonijiet inkwistjoni u, min-naħa l-oħra, id-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. Huma wkoll l-istituzzjonijiet li għandhom jivverifikaw li d-dannu imputabbli għal dawn il-fatturi l-oħra ma huwiex rilevanti għad-determinazzjoni tad-dannu fis-sens tal-Artikolu 3(7) tar-Regolament bażiku u li, konsegwentement, id-dazju antidumping impost ma jeċċedix dak li huwa neċessarju sabiex jiġi kkumpensat id-dannu kkawżat mill-importazzjonijiet li huma s-suġġett ta’ dumping. Madankollu, jekk l-istituzzjonijiet jikkonstataw li, minkejja tali fatturi, id-dannu kkawżat mill-importazzjonijiet li huma s-suġġett ta’ dumping ikun materjali skont l-Artikolu 3(1) tar-Regolament bażiku, ir-rabta kawżali bejn dawn l-importazzjonijiet u d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni tista’ konsegwentement tiġi stabbilita (59).

107. Bl-ewwel parti tar-raba’ aggravju tiegħu, Canadian Solar isostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ppermettiet, fil-punti 205 sa 217 tas-sentenza appellata, lill-istituzzjonijiet jistabbilixxu dazju antidumping f’livell li jagħmel tajjeb mhux biss għad-dannu imputat lill-importazzjonijiet li huma s-suġġett ta’ dumping iżda wkoll għad-dannu imputat lil fatturi magħrufa oħra.

ii)    Id-dazju antidumping għandu jagħmel tajjeb biss għad-dannu imputat lill-importazzjonijiet li huma s-suġġett ta’ dumping, u mhux għal dannu imputat lil fatturi magħrufa oħra?

108. Jien inqis li meta jistabbilixxu l-ammont tad-dazju antidumping, l-istituzzjonijiet ma humiex meħtieġa jieħdu inkunsiderazzjoni l-konstatazzjonijiet tagħhom fl-analiżi ta’ nuqqas ta’ imputazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 3(7) tar-Regolament bażiku.

109. L-ewwel nett, dan jirriżulta mill-formulazzjoni tal-Artikolu 3(6) u (7) u tal-Artikolu 9(4) tar-Regolament bażiku.

110. L-analiżi ta’ imputazzjoni u ta’ nuqqas ta’ imputazzjoni msemmija fil-punti 104 u 105 iktar ’il fuq huma mwettqa sabiex jiġi aċċertat li d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni huwa kkawżat mill-importazzjonijiet li huma s-suġġett ta’ dumping, li hija waħda mill-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tad-dazju antidumping, flimkien mal-eżistenza ta’ dumping, dannu u interess tal-Unjoni li jsir intervent (60). Tabilħaqq, l-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku jgħid li d-dimostrazzjoni “li l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping qegħdin jikkawżaw ħsara skond it-tifsira ta’ dan ir-[r]egolament” tinkludi dimostrazzjoni li l-volum u/jew il-prezzijiet tal-importazzjonijiet li huma s-suġġett ta’ dumping “huma responsabbli għal” impatt fuq l-industrija tal-Unjoni, jiġifieri li d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni huwa imputabbli lill-importazzjonijiet li huma s-suġġett ta’ dumping. Għall-kuntrarju, l-Artikolu 3(7) tal-imsemmi regolament jeżiġi dimostrazzjoni li d-dannu imputabbli lil fatturi oħra għajr l-importazzjonijiet li huma s-suġġett ta’ dumping ma huwiex imputat lil dawn l-importazzjonijiet jew, fi kliem il-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Qorti Ġenerali, dimostrazzjoni li l-effetti ta’ dawn il-fatturi l-oħra ma humiex tali li jiksru r-rabta kawżali bejn id-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni u l-importazzjonijiet li huma s-suġġett ta’ dumping (61).

111. Skont l-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku, ir-rabta kawżali bejn id-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni u l-importazzjonijiet li huma s-suġġett ta’ dumping hija meqjusa li hija ddimostrata jekk id-dannu imputabbli lill-importazzjonijiet li huma s-suġġett ta’ dumping ikun “materjali”. F’dan ir-rigward, ma tagħmilx differenza li hemm dannu imputat lil fatturi oħra għajr l-importazzjonijiet li huma s-suġġett ta’ dumping, sakemm id-dannu imputat lill-importazzjonijiet li huma s-suġġett ta’ dumping ikun materjali (62).

112. F’dak li għandu x’jaqsam mal-ammont tad-dazju antidumping, dan għandu, skont l-aħħar sentenza tal-Artikolu 9(4) tar-Regolament bażiku, “ikun biżżejjed biex titneħħa l-ħsara lill-industrija [tal-Unjoni]”. Din is-sentenza għandha tinqara flimkien mar-riferiment, fl-ewwel sentenza ta’ din id-dispożizzjoni, għall-“ħsara kkawżata [mid-dumping]” (63). Konsegwentement, id-dazju antidumping għandu jelimina d-dannu “kkawżat minn” l-importazzjonijiet li huma s-suġġett ta’ dumping fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(6) u (7) tar-Regolament bażiku. Minn dan isegwi li d-dazju antidumping jaf jelimina dannu imputat lil fatturi oħra għajr l-importazzjonijiet li huma s-suġġett ta’ dumping, sakemm id-dannu imputat lill-importazzjonijiet li huma s-suġġett ta’ dumping ikun materjali peress li, f’dak il-każ, id-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni jitqies li jkun “ikkawżat minn” l-importazzjonijiet li huma s-suġġett ta’ dumping.

113. Li kieku din ma kinitx l-intenzjoni tal-leġiżlatur tal-Unjoni, l-Artikolu 9(4) tar-Regolament bażiku kien ikun jeżiġi li d-dazju antidumping jelimina dannu “attributed to” (“imputat lil”) l-importazzjonijiet li huma s-suġġett ta’ dumping u mhux jirreferi għal dannu “caused thereby” (“ikkawżat minnu”). Ninnota, f’dan ir-rigward, li l-kelma “attributed” tintuża fil-verżjoni bl-Ingliż tal-Artikolu 3(7) tal-imsemmi regolament, iżda mhux fil-verżjoni bl-Ingliż tal-Artikolu 9(4) tiegħu. Ninnota wkoll li d-dispożizzjoni tal-aħħar ma tirreferix għal tal-ewwel.

114. Dan huwa kkonfermat bil-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 106 iktar ’il fuq. Skont din il-ġurisprudenza, l-istituzzjonijiet huma meħtieġa jivverifikaw li dannu imputabbli lil fatturi magħrufa oħra ma jitteħidx inkunsiderazzjoni fid-determinazzjoni tad-dannu skont l-Artikolu 3(7) tar-Regolament bażiku. Peress li, kif spjegajt iktar ’il fuq, din id-dispożizzjoni tikkonċerna d-dimostrazzjoni ta’ rabta kawżali bejn id-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni u l-importazzjonijiet li huma s-suġġett ta’ dumping, dan ifisser li, skont l-imsemmija ġurisprudenza, l-istituzzjonijiet huma meħtieġa jivverifikaw li dannu imputabbli lil fatturi magħrufa oħra ma jitteħidx inkunsiderazzjoni fid-determinazzjoni tar-rabta kawżali. Din il-ġurisprudenza ma teħtieġx li l-istituzzjonijiet jivverifikaw li dannu imputabbli lil dawn il-fatturi l-oħra ma jitteħidx inkunsiderazzjoni fid-determinazzjoni tad-dazju antidumping. Nixtieq nenfasizza wkoll li d-dikjarazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Qorti Ġenerali li d-dazju antidumping ma jistax “[jeċċedi] dak li huwa neċessarju sabiex tiġi eliminata l-ħsara kkawżata mill-importazzjonijiet li huma s-suġġett ta’ dumping” hija segwita immedjatament mill-affermazzjoni li jkun suffiċjenti, sabiex tiġi stabbilita r-rabta kawżali, li d-dannu imputat lill-importazzjonijiet li huma s-suġġett ta’ dumping ikun materjali (64).

115. It-tieni nett, huwa veru li, skont il-ġurisprudenza, l-objettiv tal-Artikolu 3(7) tar-Regolament bażiku huwa li jiġi żgurat li ma tingħatax iktar protezzjoni lill-industrija tal-Unjoni minn dak li huwa neċessarju (65). Madankollu, minn dan ma jsegwix li d-dazju antidumping għandu jagħmel tajjeb biss għad-dannu imputat lill-importazzjonijiet li huma s-suġġett ta’ dumping.

116. F’dan ir-rigward għandu jsir riferiment għall-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Trstenjak fil-kawża Moser Baer (66). Dik il-kawża kienet tirrigwarda l-annullament ta’ regolament li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq importazzjonijiet ta’ compact discs li jistgħu jkunu rrekordjati li joriġinaw mill-Indja (67). Il-Kunsill kien eżamina l-effetti ta’ fattur magħruf ieħor, jiġifieri l-pagament ta’ royalties allegatament eċċessivi minn produtturi tal-Unjoni, u kkonstata li dan il-fattur l-ieħor ma kisirx ir-rabta kawżali bejn id-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni u l-importazzjonijiet issussidjati. Dan minħabba l-fatt li, l-ewwel nett, dawn ir-royalties ma kinux jitħallsu biss mill-produtturi tal-Unjoni iżda anki mill-produtturi esportaturi Indjani u, it-tieni nett, diġà kienu preżenti qabel saru sinjifikattivi l-importazzjonijiet issussidjati. L-Avukat Ġenerali Trstenjak qablet mal-Kunsill li r-rabta kawżali ma kinitx inkisret minħabba r-royalties. Madankollu, fil-fehma tagħha, dan ma kienx neċessarjament ifisser li d-dazju antidumping kien legali. Tabilħaqq, fi kliem l-Avukat Ġenerali Trstenjak, “jista’ jkun xieraq, meta jiġi kkalkulat il-limitu ta’ eliminazzjoni tad-dannu, li jitqiesu fatturi li, għalkemm ma jiksrux ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet sussidjati u d-dannu, madankollu jistgħu jkollhom effett fuq il-livell tal-limitu ta’ eliminazzjoni tad-dannu” (68).

117. Insostenn ta’ din l-affermazzjoni, l-Avukat Ġenerali Trstenjak irreferiet għar-regola tad-“dazju inferjuri” stipulata fl-aħħar sentenza tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament Nru 2026/97 jew, f’dak li jirrigwarda miżuri antidumping, fl-aħħar sentenza tal-Artikolu 9(4) tar-Regolament bażiku. Skont din l-aħħar dispożizzjoni (69), “[l]-ammont tad-dazju ta’ kontra d-dumping ma għandux ikun ogħla mill-marġini tad-dumping stabbilit iżda għandu jkun anqas mill-marġini jekk dan id-dazju mnaqqas [inferjuri] ikun biżżejjed biex titneħħa l-ħsara lill-industrija [tal-Unjoni]”. Għaldaqstant, il-marġni tad-dannu jintuża sabiex tiġi ddeterminata r-rata tad-dazju (kumpensatorju) antidumping fejn il-marġni (tas-sussidju) tad-dumping ikun ogħla mill-marġni tad-dannu. Fil-fehma tal-Avukat Ġenerali Trstenjak, minħabba l-fatt li “l-għan tar-regola tal-‘ inqas dazju ’ huwa li l-industrija [tal-Unjoni] ma għandiex tingħata protezzjoni lil hinn minn dak li jkun neċessarju”, jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni fatturi oħra għajr l-importazzjonijiet issussidjati meta jiġi kkalkolat il-livell tad-dazju kumpensatorju, kif imsemmi fil-punt preċedenti (70).

118. Madankollu, fil-kawża Moser Baer, l-Avukat Ġenerali Trstenjak qieset li l-Kunsill ma kellux għalfejn jieħu inkunsiderazzjoni l-effetti tar-royalties meta jikkalkola l-limitu ta’ eliminazzjoni tad-dannu peress li dawn ir-royalties ma kinux dovuti biss minn produtturi tal-Unjoni, iżda wkoll minn produtturi esportaturi Indjani (71).

119. Fis-sentenza tagħha fil-kawża Moser Baer, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat, l-ewwel nett, li r-rabta kawżali bejn id-dannu u l-importazzjonijiet issussidjati ma kinitx inkisret minħabba r-royalties peress li dan il-fattur kien preżenti qabel saru sinjifikattivi l-importazzjonijiet issussidjati u, it-tieni nett, li dawn ir-royalties ma setgħux jinfluwenzaw il-kalkolu tal-livell ta’ tnaqqis peress li affettwaw kemm il-prezzijiet tal-Unjoni kif ukoll il-prezzijiet tal-importazzjonijiet (72).

120. Konsegwentement, il-Qorti tal-Ġustizzja ma rreferietx għall-għan tar-regola tad-“dazju inferjuri” kif analizzat fil-punti 116 u 117 iktar ’il fuq. Huwa minnu li l-Qorti tal-Ġustizzja setgħet illimitat ruħha għall-konstatazzjoni li r-rabta kawżali ma kinitx inkisret mingħajr ma tipproċedi sabiex tivverifika jekk ir-royalties allegatament eċċessivi affettwawx il-livell ta’ tnaqqis. Madankollu, fil-kawża Moser Baer kien ċar li l-fattur magħruf l-ieħor ma kellux impatt fuq il-livell ta’ tnaqqis.

121. Naqbel mal-Avukat Ġenerali Trstenjak (73) li l-għan tar-regola tad-“dazju inferjuri” huwa li jiġi żgurat li ma tingħatax protezzjoni lill-industrija tal-Unjoni lil hinn minn dak li jkun neċessarju. Madankollu, l-Artikolu 9(4) tar-Regolament bażiku jitlob biss li d-dazju antidumping ikun ibbażat fuq il-marġni tad-dannu meta dan il-marġni jkun iktar baxx mill-marġni tad-dumping. L-applikazzjoni ta’ tali regola tad-“dazju inferjuri” tiżgura li ma tingħatax protezzjoni lil hinn minn dak li jkun neċessarju.

122. Nixtieq nirrimarka wkoll li l-Artikolu 9(4) tar-Regolament bażiku ma jeżiġix li d-dazju antidumping jelimina biss id-dannu imputat lill-importazzjonijiet li huma s-suġġett ta’ dumping. Kif semmejt fil-punt 113 iktar ’il fuq, din id-dispożizzjoni teżiġi l-eliminazzjoni ta’ dannu kkawżat mill-importazzjonijiet li huma s-suġġett ta’ dumping, u mhux ta’ dannu imputat lill-importazzjonijiet li huma s-suġġett ta’ dumping. L-Artikolu 9(4) tar-Regolament bażiku lanqas ma jirreferi għall-Artikolu 3(7) tal-imsemmi regolament.

123. It-tielet nett, nixtieq nenfasizza li l-appellant ma jiċċitax xi kawża fejn dazju antidumping ġie annullat għaliex kien jagħmel tajjeb għal dannu imputat lil fattur ieħor għajr l-importazzjonijiet li huma s-suġġett ta’ dumping. Is-sentenza fil-kawża Allied Corporation (74), invokata minn Canadian Solar fl-ewwel istanza u fl-appell inċidentali, ma tqajjimx dubju dwar ir-raġunament ta’ hawn fuq.

124. Fil-kawża Allied Corporation, il-Qorti tal-Ġustizzja annullat regolament li kien jimponi dazju antidumping definittiv għar-raġuni li l-Kunsill, li kien ikkonstata li kien hemm fatturi oħra għajr l-importazzjonijiet li huma s-suġġett ta’ dumping li kkontribwixxew għad-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni, naqas milli jaċċerta jekk l-ammont tad-dazju antidumping impost kienx “neċessarju sabiex jiġi eliminat id-dannu” (75).

125. Madankollu, fil-kawża Allied Corporation, il-Kunsill kien stabbilixxa d-dazju antidumping fil-livell tal-marġni tad-dumping mingħajr ma vverifika jekk il-marġni tad-dannu kienx iktar baxx mill-marġni tad-dumping. Konsegwentement, ir-regolament ikkontestat ġie annullat għar-raġuni li l-Kunsill naqas milli jaċċerta jekk kinitx tapplika r-regola tad-“dazju inferjuri”. Dak ir-regolament ma ġiex annullat għar-raġuni li, meta ddetermina l-ammont tad-dazju antidumping, il-Kunsill kien naqas milli jwarrab id-dannu imputat lil fatturi magħrufa oħra.

126. Nixtieq inżid li fil-kawża Gold East Paper il-Qorti Ġenerali ċaħdet il-motiv li kien jallega li “l-istituzzjonijiet tal-Unjoni ma żgurawx ruħhom li d-dannu imputabbli għal fatturi oħrajn li ma humiex id-dumping ma tteħidx inkunsiderazzjoni fid-determinazzjoni tal-livell tad-dazju impost kontra l-importazzjonijiet tagħhom” għar-raġuni li, minħabba li l-istituzzjonijiet “eżaminaw l-effett ta’ fatturi magħrufa oħrajn li setgħu kkawżaw dannu lill-industrija tal-Unjoni u kkonstataw li ebda wieħed fosthom ma kien ta’ natura li jikser ir-rabta kawżali stabbilita bejn l-importazzjonijiet […] li huma s-suġġett ta’ dumping u d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni”, dawn “[i]ssodisfaw il-kundizzjonijiet neċessarji” għall-adozzjoni tal-miżuri protettivi inkwistjoni (76).

127. Ir-raba’ nett, għall-finijiet ta’ kompletezza, nixtieq nirrimarka li mill-ebda wieħed mir-rapporti tal- Korp ta’ Riżoluzzjoni ta’ Tilwim (iktar ’il quddiem il-“KRT”) tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (“WTO”) imsemmija mill-Kunsill u mill-Kummissjoni (77) ma jsegwi li hemm, fil-Ftehim dwar l-Implimentazzjoni ta’ l-Artikolu VI tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ 1994 (iktar ’il quddiem il-“Ftehim antidumping tal-WTO”) jew fil-Ftehim tal-WTO dwar Sussidji u Miżuri Kumpensatorji (iktar ’il quddiem il-“Ftehim tal-WTO dwar SMK”), rekwiżit li jitwarrab dannu imputat lil fatturi oħra għajr l-importazzjonijiet (issussidjati) li huma s-suġġett ta’ dumping meta jiġi ddeterminat l-ammont tad-dazju (kumpensatorju) antidumping. Lanqas ma ġie pprovdut eżempju f’dan ir-rigward minn Canadian Solar (78). Konsegwentement, l-interpretazzjoni tal-KRT tissostanzja d-dikjarazzjoni fil-punt 108 iktar ’il fuq.

128. Madankollu, fil-fehma tiegħi, dawn ir-rapporti tal-KRT ma għandhomx jiġu invokati għall-evalwazzjoni tal-legalità tar-Regolament kontenzjuż.

129. Skont il-ġurisprudenza, jeżistu biss żewġ sitwazzjonijiet li fihom il-legalità ta’ att tal-Unjoni tista’ tiġi suġġetta għal stħarriġ fid-dawl tal-ftehimiet tal-WTO. L-ewwel sitwazzjoni tali tkun fejn l-Unjoni kellha l-intenzjoni timplimenta obbligu partikolari assunt fil-kuntest ta’ dawn il-ftehimiet u t-tieni tkun fejn l-att tal-Unjoni inkwistjoni jirreferi espliċitament għal dispożizzjonijiet preċiżi ta’ dawn il-ftehimiet (79). Nixtieq nirrimarka li, skont il-ġurisprudenza, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku għandhom jiġu interpretati, sa fejn huwa possibbli, fid-dawl tad-dispożizzjonijiet korrispondenti tal-Ftehim antidumping (80). Madankollu, dan jista’ jkun il-każ biss fejn dawk tal-ewwel jirriflettu l-intenzjoni tal-leġiżlatur tal-Unjoni li jiġu implimentati dawk tal-aħħar, jew fejn jirreferu espliċitament għal dawk tal-aħħar (81).

130. L-Artikolu 3(7) u l-Artikolu 9(4) tar-Regolament bażiku ma jirreferux espliċitament għall-Ftehim antidumping tal-WTO. Madankollu, fid-dawl tal-formulazzjoni simili tagħhom, l-Artikolu 3(7) tar-Regolament bażiku jista’ jitqies li jimplimenta l-Artikolu 3.5 tal-Ftehim antidumping tal-WTO (82). Minkejja dan, l-Artikolu 9(4) tar-Regolament bażiku ma jistax jitqies li huwa espressjoni tal-intenzjoni tal-leġiżlatur tal-Unjoni li jiġi implimentat l-Artikolu 9 tal-Ftehim antidumping tal-WTO. Tabilħaqq, filwaqt li fid-dispożizzjoni tal-aħħar, ir-regola tad-“dazju inferjuri” hija biss “mixtieqa”, din hija mandatorja fid-dispożizzjoni tal-ewwel (83).

131. B’hekk nikkonkludi li l-istituzzjonijiet ma humiex meħtieġa jieħdu inkunsiderazzjoni, meta jiddeterminaw l-ammont tad-dazju antidumping, il-konstatazzjonijiet tagħhom fl-analiżi ta’ nuqqas ta’ imputazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 3(7) tar-Regolament bażiku. Ma humiex meħtieġa jistabbilixxu dan id-dazju f’livell li jagħmel tajjeb biss għad-dannu imputat lill-importazzjonijiet li huma s-suġġett ta’ dumping, u mhux għal dannu imputat lil fatturi magħrufa oħra.

132. Issa ser nikkunsidra jekk il-Qorti Ġenerali ddeċidietx li, meta jistabbilixxu l-ammont tad-dazju antidumping, l-istituzzjonijiet huma obbligati jieħdu inkunsiderazzjoni l-konstatazzjonijiet tagħhom fl-analiżi ta’ nuqqas ta’ imputazzjoni mwettqa għad-determinazzjoni tar-rabta kawżali bejn id-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni u l-importazzjonijiet li huma s-suġġett ta’ dumping.

iii) Fis-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li meta jistabbilixxu l-ammont tad-dazju antidumping l-istituzzjonijiet huma obbligati jieħdu inkunsiderazzjoni l-konstatazzjonijiet tagħhom fl-analiżi ta’ nuqqas ta’ imputazzjoni?

133. Canadian Solar isostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkonstatat, fil-punti 205 sa 217 tas-sentenza appellata, li l-effetti ta’ fatturi magħrufa oħra għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni għad-determinazzjoni tal-ammont tad-dazju antidumping biss meta dawn jiksru r-rabta kawżali bejn id-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni u l-importazzjonijiet li huma s-suġġett ta’ dumping. Skont l-appellant, dawn il-fatturi l-oħra għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni irrispettivament minn jekk ikunux kisru r-rabta kawżali.

134. Għall-kuntrarju, il-Kummissjoni ssostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkonstatat, fil-punti 184 sa 195 tas-sentenza appellata, li l-effetti ta’ fatturi magħrufa oħra għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni għad-determinazzjoni tal-ammont tad-dazju antidumping, u titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tipproċedi għal sostituzzjoni tal-motivi f’dan ir-rigward. Il-Kummissjoni ttenni dan l-argument fit-tielet aggravju tal-appell inċidentali tagħha u titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha “taqleb l-interpretazzjoni ta’ kawżalità fis-sens tal-Artikolu 3 tar-Regolament bażiku mogħtija mill-Qorti Ġenerali fis-sitt motiv tal-ewwel istanza” (84).

135. Fil-punti 178 sa 196 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali stabbilixxiet il-prinċipji għad-determinazzjoni tar-rabta kawżali bejn id-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni u l-importazzjonijiet li huma s-suġġett ta’ dumping, u għad-determinazzjoni tad-dazju antidumping. Fil-punti 197 sa 218, il-Qorti Ġenerali applikat dawn il-prinċipji għall-każ ineżami. Ser nibda billi neżamina jekk, kif issostni l-Kummissjoni, il-Qorti Ġenerali wettqitx żball ta’ liġi meta stabbilixxiet il-prinċipji u, sussegwentement, kif sostna Canadian Solar, jekk wettqitx żball ta’ liġi meta applikat dawn il-prinċipji.

136. Inqis li, għalkemm il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta stabbilixxiet il-prinċipji għad-determinazzjoni tal-ammont tad-dazju antidumping, minn dawn il-konstatazzjonijiet hija ma siltitx konklużjonijiet ta’ fatt jew ta’ liġi għall-każ ineżami. Konsegwentement, l-ewwel parti tar-raba’ aggravju għandha tiġi miċħuda.

137. Fl-ewwel lok nixtieq nirrimarka li, fil-punti 182 sa 186 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali fakkret il-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 106 iktar ’il fuq, li tipprovdi li l-istituzzjonijiet huma obbligati jivverifikaw li dannu imputat lil fatturi magħrufa oħra ma jittiħidx inkunsiderazzjoni għad-determinazzjoni tad-dannu fis-sens tal-Artikolu 3(7) tar-Regolament bażiku, sabiex b’hekk id-dazju antidumping impost ma jeċċedix dak li huwa neċessarju sabiex jagħmel tajjeb għad-dannu kkawżat minn importazzjonijiet li huma s-suġġett ta’ dumping. Madankollu, fil-punt 185 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali qalet li “l-istituzzjonijiet għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni l-konstatazzjonijiet [fir-rigward tal-analiżi ta’ nuqqas ta’ imputazzjoni] meta jiddeterminaw il-livell ta’ kull dazju antidumping” (85).

138. Il-Qorti Ġenerali fakkret ir-regola tad-“dazju inferjuri” stipulata fl-aħħar sentenza tal-Artikolu 9(4) tar-Regolament bażiku. Hija sostniet, fil-punt 191 tas-sentenza appellata, li “[l-]istituzzjonijiet għandhom, fil-kuntest [tal-Artikolu 9(4) tar-Regolament bażiku], jieħdu inkunsiderazzjoni l-konklużjonijiet li waslu għalihom fir-rigward tal-analiżi ta’ imputazzjoni u ta’ nuqqas ta’ imputazzjoni”. Inkella, kif jenfasizza l-punt 192 tal-imsemmija sentenza, ikun hemm ir-riskju li l-miżuri antidumping imposti jmorru lil hinn minn dak li huwa neċessarju fid-dawl tal-objettiv tagħhom, jiġifieri, l-eliminazzjoni tal-effetti dannużi tad-dumping. Il-Qorti Ġenerali sostniet ukoll, fil-punt 193 tas-sentenza appellata, li dan kien konformi mal-prassi deċiżjonali tal-istituzzjonijiet.

139. Fl-opinjoni tiegħi, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkonstatat, fil-punti 185, 191 u 192 tas-sentenza appellata, li l-istituzzjonijiet huma obbligati jieħdu inkunsiderazzjoni l-konstatazzjonijiet tagħhom fl-analiżi ta’ imputazzjoni u ta’ nuqqas ta’ imputazzjoni meta jistabbilixxu l-ammont tad-dazju antidumping. Dan jirriżulta mill-punt 131 iktar ’il fuq.

140. Nixtieq nirrimarka wkoll li d-dikjarazzjoni tal-Qorti Ġenerali, fil-punt 193 tas-sentenza appellata, li l-istituzzjonijiet fil-fatt ħadu inkunsiderazzjoni l-eżitu tal-analiżi ta’ imputazzjoni u ta’ nuqqas ta’ imputazzjoni għad-determinazzjoni tar-rata tad-dazju fit-tliet każijiet imsemmija f’dak il-paragrafu (86), hija inkorretta. Tabilħaqq, f’dawk il-każijiet, il-premessi li tirreferi għalihom il-Qorti Ġenerali jindikaw li, minħabba li kien hemm fatturi oħra għajr l-importazzjonijiet li huma s-suġġett ta’ dumping li kienu kkontribwixxew għad-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni, il-Kummissjoni jew il-Kunsill iddeċidew li jkejlu l-livell ta’ eliminazzjoni tad-dannu b’riferiment għat-tnaqqis tal-prezzijiet, u mhux il-bejgħ bil-prezz imwaqqa’ (87). La fid-deċiżjoni u lanqas fir-regolamenti msemmija fil-punt 193 tas-sentenza appellata ma hemm indikazzjoni fis-sens li d-dannu imputat lil dawk il-fatturi l-oħra twarrab fid-determinazzjoni tal-ammont tad-dazju antidumping. Pjuttost bil-kontra, peress li darbtejn jissemma li huwa diffiċli li jiġi ddeterminat preċiżament il-kontribut ta’ dawn il-fatturi l-oħra (88).

141. Madankollu, anki jekk il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fil-punti 185, 191, 192 u 193 tas-sentenza appellata, minn ġurisprudenza stabbilita jsegwi li jekk ir-raġunijiet ta’ sentenza tal-Qorti Ġenerali juru ksur tad-dritt tal-Unjoni, iżda d-dispożittiv tagħha jidher fondat fid-dawl ta’ raġunijiet oħra ta’ dritt, l-appell għandu jiġi miċħud (89). Konsegwentement, issa ser neżamina jekk il-Qorti Ġenerali wettqitx żball ta’ liġi meta applikat, fil-punti 197 sa 218 tas-sentenza appellata, il-prinċipji għad-determinazzjoni tal-ammont tad-dazju antidumping stabbiliti fil-punti 185, 191, 192 u 193 tal-imsemmija sentenza.

142. Fit-tieni lok, nixtieq nirrimarka li, fil-punt 206 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali sostniet li, fi kwalunkwe każ, l-istituzzjonijiet, fil-fatt, ma ħadux inkunsiderazzjoni fatturi magħrufa oħra meta ddeterminaw id-dannu. Fil-punti 207 sa 215, il-Qorti Ġenerali vverifikat li l-istituzzjonijiet kienu eżaminaw l-effetti ta’ fatturi magħrufa oħra u laqgħet il-konklużjoni tagħhom li dawn il-fatturi l-oħra jew kellhom effett każwali, l-iktar l-iktar marġinali (ix-xiri tal-prodott ikkonċernat mill-produtturi tal-Unjoni għall-bejgħ mill-ġdid fl-Unjoni bħala prodott proprju, l-importazzjonijiet mit-Tajwan, l-impatt fuq il-prezzijiet tal-materja prima) (90), jew li kellhom effett limitat (it-tnaqqis ta’ tariffi rregolati) (91), jew li kellhom ċertu impatt li, madankollu, ma kisirx ir-rabta kawżali (il-kriżi finanzjarja) (92). Fil-punti 216 u 217, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li l-istituzzjonijiet kkonstataw korrettament li l-impatt ta’ dawn il-fatturi l-oħra kien insinjifikattiv u li, konsegwentement, ma kisirx ir-rabta kawżali bejn id-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni u l-importazzjonijiet li huma s-suġġett ta’ dumping. Il-Qorti Ġenerali kkonkludiet li, konsegwentement, “l-evalwazzjoni [mwettqa mill-istituzzjonijiet] skont l-Artikolu 9(4) tar-Regolament [bażiku]” kienet korretta wkoll.

143. Jidhirli li l-Qorti Ġenerali llimitat ruħha għall-verifika ta’ jekk l-istituzzjonijiet ikkonstatawx korrettament li l-fatturi magħrufa l-oħra ma kisrux ir-rabta kawżali bejn id-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni u l-importazzjonijiet li huma s-suġġett ta’ dumping. Wara li kkonkludiet li l-konstatazzjonijiet tal-istituzzjonijiet kienu korretti, il-Qorti Ġenerali ma pproċedietx għall-eżami ta’ jekk, fid-determinazzjoni tal-ammont tad-dazju antidumping, l-istituzzjonijiet kellhomx iwarrbu l-effetti ta’ dawn il-fatturi l-oħra minkejja li ma kisrux ir-rabta kawżali. B’hekk, mill-kunsiderazzjonijiet magħmula fil-punti 185 u 191 sa 193 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali ma siltet ebda konklużjoni ta’ fatt jew ta’ liġi għall-każ ineżami. Nixtieq nirrimarka wkoll li, fil-punt 201 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li l-istituzzjonijiet ma humiex obbligati jikkwantifikaw l-effetti ta’ fatturi magħrufa oħra, li jkun prerekwiżit jekk ikollhom jittieħdu inkunsiderazzjoni dawn il-fatturi l-oħra għad-determinazzjoni tal-livell tad-dazju antidumping.

144. Nikkonkludi li, għalkemm il-Qorti Ġenerali ddeċidiet inkorrettament li, fid-determinazzjoni tal-livell tad-dazju antidumping, l-istituzzjonijiet huma obbligati jieħdu inkunsiderazzjoni l-eżitu tal-analiżi ta’ imputazzjoni u ta’ nuqqas ta’ imputazzjoni mwettqa għall-finijiet tal-Artikolu 3(6) u (7) tar-Regolament bażiku, hija ddeċidiet korrettament li, fil-każ ineżami, ma kellhomx għalfejn jittieħdu inkunsiderazzjoni l-fatturi magħrufa l-oħra inkwistjoni għad-determinazzjoni tal-livell tad-dazju antidumping.

145. Għall-finijiet ta’ kompletezza, nixtieq nirrimarka wkoll li, fir-rigward tal-kwistjoni ta’ jekk il-fatturi magħrufa l-oħra inkwistjoni kisrux ir-rabta kawżali bejn id-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni u l-importazzjonijiet li huma s-suġġett ta’ dumping, Canadian Solar ma allegax li l-istituzzjonijiet wettqu żball manifest ta’ evalwazzjoni (93).

146. Konsegwentement, l-ewwel parti tar-raba’ aggravju għandha tiġi miċħuda u t-talba tal-Kummissjoni għal sostituzzjoni tal-motivi għandha tintlaqa’.

2)      Fuq it-tieni parti tar-raba’ aggravju

147. Fit-tieni parti tar-raba’ aggravju tiegħu, Canadian Solar isostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkonstatat, fil-punti 202 u 205 tas-sentenza appellata, li huwa l-appellant li għandu l-oneru juri l-effetti kwantitattivi tal-fatturi magħrufa l-oħra.

148. Fl-opinjoni tiegħi, it-tieni parti tar-raba’ aggravju għandha tiġi miċħuda. Din hija ineffettiva peress li mill-punt 131 iktar ’il fuq isegwi li l-istituzzjonijiet ma humiex meħtieġa jistabbilixxu d-dazju antidumping f’livell li jagħmel tajjeb biss għad-dannu imputat lill-importazzjonijiet li huma s-suġġett ta’ dumping.

149. Nikkonkludi li r-raba’ aggravju għandu jiġi miċħud u l-appell għandu jiġi miċħud.

VI.    Fuq l-ispejjeż

150. Skont l-Artikolu 184(2) tar-Regoli tal-Proċedura, meta l-appell ma jkunx fondat, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tiddeċiedi dwar l-ispejjeż.

151. Skont l-Artikolu 138(1) tar-Regoli tal-Proċedura, applikabbli għall-proċedura ta’ appell bis-saħħa tal-Artikolu 184(1) ta’ dawn ir-Regoli, il-parti li titlef il-kawża għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu. Peress li Canadian Solar tilef il-kawża, huwa għandu jiġi kkundannat għall-ispejjeż tal-Kunsill, kif mitlub minn dan tal-aħħar.

152. Skont l-Artikolu 140(1) tar-Regoli tal-Proċedura, li huwa applikabbli wkoll għall-proċeduri ta’ appell bis-saħħa tal-Artikolu 184(1) ta’ dawn ir-Regoli, l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet li jintervjenu fil-kawża għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom. F’dan il-każ, il-Kummissjoni, li kellha l-kwalità ta’ parti intervenjenti fl-ewwel istanza, għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.

VII. Konklużjoni

153. Għaldaqstant, inqis li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha:

–        tiċħad l-appell;

–        tikkundanna lil Canadian Solar Emea GmbH, Canadian Solar Manufacturing (Changshu), Inc., Canadian Solar Manufacturing (Luoyang), Inc., CSI Cells Co. Ltd u CSI Solar Power (China), Inc. għall-ispejjeż sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea;

–        tordna lill-Kummissjoni Ewropea tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


1      Lingwa oriġinali: l-Ingliż.


2      Il-ħames appellanti kollha huma kumpanniji fil-grupp Canadian Solar.


3      Sentenza tat‑28 ta’ Frar 2017, Canadian Solar Emea et vs Il‑Kunsill (T‑162/14, mhux ippubblikata, EU:T:2017:124) (iktar ’il quddiem is-“sentenza appellata”).


4      Regolament tat‑2 ta’ Diċembru 2013 li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor definittivament id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw fi jew li huma kkonsinjati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU 2013, L 325, p. 1).


5      Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑12 ta’ Diċembru 2012 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU 2012, L 344, p. 1).


6      Regolament tat‑30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU 2009, L 343, p. 51, rettifiki fil-ĠU 2010, L 7, p. 22, fil-ĠU 2011, L 293, p. 39 u fil-ĠU 2016, L 44, p. 20).


7      Notifika ta’ bidu ta’ proċediment anti-dumping li jikkonċerna l-importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi bis-silikon kristallin u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli u l-wejfers) li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU 2012, C 269, p. 5).


8      Ara l-premessa 14 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 513/2013 tal‑4 ta’ Ġunju 2013 li jimponi dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi bis-silikon kristallin u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli u l-wejfers) li joriġinaw jew li jiġu kkonsenjati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 182/2013 li jagħmel dawn l-importazzjonijiet li joriġinaw fi jew li huma kkonsenjati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina soġġetti għar-reġistrazzjoni (ĠU 2013, L 152, p. 5).


9      Ara l-punti 6 u 7 iktar ’il fuq.


10      Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 8 iktar ’il fuq.


11      Deċiżjoni tal‑4 ta’ Diċembru 2013 li tikkonferma l-aċċettazzjoni ta’ impenn offrut b’rabta mal-proċedimenti ta’ anti-dumping u antisussidji li jikkonċernaw l-importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi bis-silikon kristallin u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli) li joriġinaw jew jintbagħtu mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għall-perjodu ta’ applikazzjoni ta’ miżuri definittivi (ĠU 2013, L 325, p. 214).


12      Regolament tal‑4 ta’ Ġunju 2015 li jirtira l-aċċettazzjoni tal-impenn għal tliet produtturi esportaturi skont id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/707 (ĠU 2015, L 139, p. 30).


13      Kif ġie mitlub mill-Qorti tal-Ġustizzja, ser nillimita ruħi għall-eżami tat-tielet u tar-raba’ aggravju (ara l-punt 29 iktar ’il quddiem), li jikkritikaw l-evalwazzjoni mill-Qorti Ġenerali tal-ħames u tas-sitt motivi invokati quddiemha. Għaldaqstant, ma iniex ser niġbor fil-qosor l-evalwazzjoni mill-Qorti Ġenerali tal-ewwel erba’ motivi.


14      L-ammissibbiltà tat-tieni parti tat-tielet aggravju ma hijiex ikkontestata.


15      Sentenzi tad‑19 ta’ Jannar 2017, Il‑Kummissjoni vs Total u Elf Aquitaine (C‑351/15 P, EU:C:2017:27, punti 30 sa 34), u tad‑9 ta’ Novembru 2017, SolarWorld vs Il‑Kunsill (C‑204/16 P, EU:C:2017:838, punti 23 u 24).


16      Canadian Solar lanqas ma jirreferi espressament għall-Artikolu 277 TFUE fl-appell tiegħu quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.


17      Sentenzi tas‑16 ta’ Frar 2017, Antrax It vs EUIPO – Vasco Group (Termosifuni għal radjaturi ta’ tisħin) (T‑828/14 u T‑829/14, EU:T:2017:87, punt 30); tal‑5 ta’ Ottubru 2017, Mabrouk vs Il‑Kunsill (T‑175/15, EU:T:2017:694, punt 126); u tal‑14 ta’ Diċembru 2017, Campo et vs SEAE (T‑577/16, mhux ippubblikata, EU:T:2017:909, punt 26).


18      Sentenzi tad‑29 ta’ Novembru 2007, Stadtwerke Schwäbisch Hall et vs Il‑Kummissjoni (C‑176/06 P, mhux ippubblikata, EU:C:2007:730, punt 17); tas‑16 ta’ Ġunju 2016, Evonik Degussa u AlzChem vs Il‑Kummissjoni (C‑155/14 P, EU:C:2016:446, punt 55); u tat‑28 ta’ Frar 2018, Il‑Kummissjoni vs Xinyi PV Products (Anhui) Holdings (C‑301/16 P, EU:C:2018:132, punt 90).


19      Produttur minn pajjiż li ma għandux ekonomija tas-suq jista’ jingħata wkoll status individwali u l-importazzjonijiet minnu jistgħu jkunu suġġetti għal dazju antidumping individwali, skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku.


20      Skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 9(6) tar-Regolament bażiku, il-produtturi li ppreżentaw ruħhom skont l-Artikolu 17 ta’ dan ir-regolament, iżda ma ġewx inklużi fil-kampjun, ma jistgħux jiġu suġġetti għal dazju antidumping li jaqbeż il-medja ponderata tal-marġni tad-dumping stabbilit għal produtturi inklużi fil-kampjun. Produtturi mhux inklużi fil-kampjun jistgħu, madankollu, jitolbu l-kalkolu ta’ marġnijiet antidumping individwali skont l-Artikolu 17(3) ta’ dan ir-regolament, u f’tali każ l-importazzjonijiet mingħandhom ikunu suġġetti għal dazji antidumping individwali inkonformità mal-aħħar sentenza tal-Artikolu 9(6) tiegħu.


21      Ara l-premessa 6 tar-Regolament Nru 1168/2012.


22      Ara Graafsma, F. u Vermulst, E., “The EU’s ‘Anti-Brosmann Amendment’: Back to the Future – Part II”, Global Trade and Customs Journal, 2013, Vol. 8, Ħarġa 6, p. 150.


23      Ara l-punt 1 tal-intestatura 24 fl-anness għall-Proposta tal-Kummissjoni tas‑7 ta’ Marzu 2011 għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda ċerti Regolamenti relatati mal-politika kummerċjali komuni fir-rigward tal-proċeduri għall-adozzjoni ta’ ċerti miżuri (COM(2011) 82 final).


24      Sentenza tat‑2 ta’ Frar 2012, Brosmann Footwear (HK) et vs Il‑Kunsill (C‑249/10 P, EU:C:2012:53).


25      Sentenza tat‑2 ta’ Frar 2012, Brosmann Footwear (HK) et vs Il‑Kunsill (C‑249/10 P, EU:C:2012:53, punti 36 u 39).


26      Ara l-premessa 2 tar-Regolament Nru 1168/2012.


27      Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 22 iktar ’il fuq.


28      Enfasi miżjuda minni.


29      Ara l-premessa 18 tar-Regolament bażiku, li tindika li “[…] [f]ejn il-miżuri għandhom jiġu imposti, huwa meħtieġ li jiġi previst it-tmiem ta’ l-investigazzjonijiet […]” u l-Artikolu 8(5) tal-istess regolament, li jipprovdi li “[f]ejn attivitajiet jiġu aċċettati, wara konsultazzjoni, u fejn ma jkun hemm ebda oġġezzjoni mqajma fi ħdan il-Kumitat Konsultattiv, l-investigazzjoni għandha tiġi mitmuma” (enfasi miżjuda minni).


30      Skont l-Artikolu 9(2) tar-Regolament bażiku, “[f]ejn, wara konsultazzjoni, ma jkunx hemm bżonn ta’ miżuri ta’ protezzjoni u ma jkun hemm ebda oġġezzjoni mqajjma fi ħdan il-Kumitat Konsultattiv, l-investigazzjoni jew il-proċeduri għandhom jiġu mitmuma” (enfasi miżjuda minni).


31      Enfasi miżjuda minni.


32      Sentenza tat‑22 ta’ Diċembru 2010, Bayerischer Brauerbund (C‑120/08, EU:C:2010:798, punt 40).


33      Sentenzi tal‑10 ta’ Lulju 1986, Licata vs ECOSOC (270/84, EU:C:1986:304, punt 31), u tas‑6 ta’ Lulju 2010, Monsanto Technology (C‑428/08, EU:C:2010:402, punt 66).


34      Sentenzi tad‑29 ta’ Jannar 2002, Pokrzeptowicz-Meyer (C‑162/00, EU:C:2002:57, punti 49 u 50); tas‑7 ta’ Novembru 2013, Gemeinde Altrip et (C‑72/12, EU:C:2013:712, punt 22); u tas‑26 ta’ Marzu 2015, Il‑Kummissjoni vs Moravia Gas Storage (C‑596/13 P, EU:C:2015:203, punt 32).


35      Sentenzi tal‑14 ta’ Frar 2008, Varec (C‑450/06, EU:C:2008:91, punt 27); tat‑8 ta’ Lulju 2010, Il‑Kummissjoni vs L‑Italja (C‑334/08, EU:C:2010:414, punt 60); tad‑29 ta’ Marzu 2011, ThyssenKrupp Nirosta vs Il‑Kummissjoni (C‑352/09 P, EU:C:2011:191, punt 88); tal‑11 ta’ Diċembru 2012, Il‑Kummissjoni vs Spanja (C‑610/10, EU:C:2012:781, punt 45); u tal‑21 ta’ Settembru 2017, Feralpi vs Il‑Kummissjoni (C‑85/15 P, EU:C:2017:709, punt 27).


36      Sentenzi tad‑29 ta’ Jannar 2002, Pokrzeptowicz-Meyer (C‑162/00, EU:C:2002:57, punt 49); tal‑11 ta’ Diċembru 2008, Il‑Kummissjoni vs Freistaat Sachsen (C‑334/07 P, EU:C:2008:709, punt 44); tas‑16 ta’ Diċembru 2010, Stichting Natuur en Milieu et (C‑266/09, EU:C:2010:779, punt 32); tal‑14 ta’ Frar 2012, Toshiba Corporation et (C‑17/10, EU:C:2012:72, punt 51); tas‑26 ta’ Marzu 2015, Il‑Kummissjoni vs Moravia Gas Storage (C‑596/13 P, EU:C:2015:203, punt 33); u tas‑6 ta’ Ottubru 2015, Il‑Kummissjoni vs Andersen (C‑303/13 P, EU:C:2015:647, punt 50).


37      Sentenza tal‑14 ta’ Frar 2008, Varec (C‑450/06, EU:C:2008:91).


38      Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑31 ta’ Marzu 2004 fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132).


39      Sentenza tal‑14 ta’ Frar 2008, Varec (C‑450/06, EU:C:2008:91, punt 29). Ara wkoll il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Sharpston fil-kawża Varec (C‑450/06, EU:C:2007:643, punt 31).


40      Sentenza tad‑29 ta’ Jannar 2002, Pokrzeptowicz-Meyer (C‑162/00, EU:C:2002:57).


41      Sentenza tad‑29 ta’ Jannar 2002, Pokrzeptowicz-Meyer (C‑162/00, EU:C:2002:57, punt 52).


42      Sentenza tas‑26 ta’ Marzu 2015, Il‑Kummissjoni vs Moravia Gas Storage (C‑596/13 P, EU:C:2015:203).


43      Direttiva 2003/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑26 ta’ Ġunju 2003 rigward regoli komuni għas-suq intern fil-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 98/30/KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 12, Vol. 2, p. 230).


44      Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 2003/55/KE (ĠU 2009, L 211, p. 94).


45      Sentenza tas‑26 ta’ Marzu 2015, Il‑Kummissjoni vs Moravia Gas Storage (C‑596/13 P, EU:C:2015:203, punti 43 sa 45). Ara wkoll il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Kokott fil-kawża Il‑Kummissjoni vs Moravia Gas Storage (C‑596/13 P, EU:C:2014:2438, punt 70).


46      Ara l-punt 69 iktar ’il fuq u s-sentenza tas‑16 ta’ Diċembru 2010, Stichting Natuur en Milieu et (C‑266/09, EU:C:2010:779, punt 34).


47      Sentenza tal‑4 ta’ Frar 2016, C & J Clark International (C‑659/13 u C‑34/14, EU:C:2016:74, punti 140 u 141).


48      Sentenzi tal‑1 ta’ Ottubru 2009, Foshan Shunde Yongjian Housewares & Hardware vs Il‑Kunsill (C‑141/08 P, EU:C:2009:598, punti 110 sa 112); tat‑8 ta’ Novembru 2011, Zhejiang Harmonic Hardware Products vs Il‑Kunsill (T‑274/07, mhux ippubblikata, EU:T:2011:639, punt 39); u tal‑11 ta’ Settembru 2014, Gold East Paper u Gold Huasheng Paper vs Il‑Kunsill (T‑443/11, EU:T:2014:774, punt 74).


49      Ara l-punt 71 iktar ’il fuq.


50      Fil-fehma tiegħi, Canadian Solar mhux qiegħed jikkontesta biss l-applikazzjoni immedjata tal-estensjoni tat-terminu li fih trid titwettaq id-determinazzjoni tas-SIES, kif prevista fl-Artikolu 1(1)(a) tar-Regolament Nru 1168/2012, iżda wkoll tal-Artikolu 1(1)(b) tal-imsemmi regolament, li jiddispensa lill-istituzzjonijiet mill-obbligu tagħhom li jwettqu determinazzjoni dwar talbiet għal SIES imressqa minn produtturi li ma humiex inklużi fil-kampjun. Tabilħaqq, fl-appell tiegħu Canadian Solar isostni li “l-obbligu tal-Kummissjoni li twettaq determinazzjoni tas-SIES huwa regola sostantiva u mhux regola proċedurali” u li, bħala regola sostantiva, dan l-obbligu ma jistax japplika għal sitwazzjonijiet eżistenti qabel id-dħul fis-seħħ tiegħu. F’dan ir-rigward Canadian Solar jirreferi espressament għall-Artikolu 2(7)(d) tar-Regolament bażiku (ara l-punt 6 iktar ’il fuq). Nirrimarka wkoll li, fir-rikors tiegħu quddiem il-Qorti Ġenerali, Canadian Solar sostna li l-istituzzjonijiet kisru l-Artikolu 2(7)(ċ) tar-Regolament bażiku “billi naqsu milli (i) jeżaminaw it-talba għal SIES [ta’ Canadian Solar] u (ii) iwettqu determinazzjoni tas-SIES fi żmien tliet xhur mill-bidu tal-investigazzjoni” (enfasi miżjuda minni).


51      Ara l-punt 72 iktar ’il fuq.


52      Ara s-sentenza tat‑22 ta’ Diċembru 2010, Bayerischer Brauerbund (C‑120/08, EU:C:2010:798, punt 40 u l-ġurisprudenza ċċitata fil-punti 65 u 66 iktar ’il fuq). Kif ġie nnotat mill-Avukat Ġenerali Kokott, din ma hijiex kwistjoni tar-retroattività tar-regoli l-ġodda, iżda pjuttost kwistjoni tal-applikazzjoni immedjata tagħhom (konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Kokott fil-kawża Il‑Kummissjoni vs Moravia Gas Storage, C‑596/13 P, EU:C:2014:2438, punti 36 u 43).


53      Sentenza tad‑29 ta’ Jannar 2002, Pokrzeptowicz-Meyer (C‑162/00, EU:C:2002:57, punt 55).


54      Il-Kummissjoni ttenni dan l-argument fit-tielet aggravju tal-appell inċidentali tagħha u titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha “taqleb l-interpretazzjoni ta’ kawżalità fis-sens tal-Artikolu 3 tar-Regolament bażiku mogħtija mill-Qorti Ġenerali fis-sitt motiv tal-ewwel istanza”.


55      Sentenza tal‑1 ta’ Ottubru 2014, Il‑Kunsill vs Alumina (C‑393/13 P, EU:C:2014:2245, punti 15 sa 19).


56      Sentenzi tas‑6 ta’ Settembru 2013, Godrej Industries u VVF vs Il‑Kunsill (T‑6/12, EU:T:2013:408, punt 62); tat‑18 ta’ Novembru 2014, Photo USA Electronic Graphic vs Il‑Kunsill (T‑394/13, mhux ippubblikata, EU:T:2014:964, punti 65 u 66); u tal‑11 ta’ Lulju 2017, Viraj Profiles vs Il‑Kunsill (T‑67/14, mhux ippubblikata, EU:T:2017:481, punt 40).


57      Ara l-premessi 301 sa 306 tar-Regolament kontenzjuż u l-premessi 211 u 212 tar-Regolament Nru 513/2013.


58      Sentenzi tal‑25 ta’ Ottubru 2011, CHEMK u KF vs Il‑Kunsill (T‑190/08, EU:T:2011:618, punt 172) u tal‑11 ta’ Settembru 2014, Gold East Paper u Gold Huasheng Paper vs Il‑Kunsill (T‑443/11, EU:T:2014:774, punt 311). Ara wkoll il-ġurisprudenza ċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 56 iktar ’il fuq.


59      Sentenzi tat‑3 ta’ Settembru 2009, Moser Baer India vs Il‑Kunsill (C‑535/06 P, EU:C:2009:498, punti 88, 90 u 91); tad‑19 ta’ Diċembru 2013, Transnational Company Kazchrome u ENRC Marketing vs Il‑Kunsill (C‑10/12 P, mhux ippubblikata, EU:C:2013:865, punti 24 u 25); tas‑16 ta’ April 2015, TMK Europe (C‑143/14, EU:C:2015:236, punti 36 u 37); tal‑4 ta’ Frar 2016, C & J Clark International (C‑659/13 u C‑34/14, EU:C:2016:74, punt 169); tat‑12 ta’ Diċembru 2014, Crown Equipment (Suzhou) u Crown Gabelstapler vs Il‑Kunsill (T‑643/11, EU:T:2014:1076, punt 107); tal‑11 ta’ Lulju 2017, Viraj Profiles vs Il‑Kunsill (T‑67/14, mhux ippubblikata, EU:T:2017:481, punti 40 u 41); u tat‑23 ta’ April 2018, Shanxi Taigang Stainless Steel vs Il‑Kummissjoni (T‑675/15, mhux ippubblikata, EU:T:2018:209, punt 109).


60      Ara l-Artikoli 1(1) u 21 tar-Regolament bażiku.


61      Ara l-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 106 iktar ’il fuq.


62      Tabilħaqq, skont il-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 106 iktar ’il fuq, ir-rabta kawżali hija stabbilita jekk, minkejja fatturi oħra, id-dannu imputabbli lill-importazzjonijiet li huma s-suġġett ta’ dumping ikun materjali.


63      L-ewwel sentenza tal-Artikolu 9(4) tar-Regolament bażiku tgħid li dazju antidumping definittiv jista’ jiġi impost “[m]eta l-fatti kif stabbiliti fl-aħħar juru li hemm id-dumping u l-ħsara kkawżata minnu” (enfasi miżjuda minni).


64      Sentenzi tat-3 ta’ Settembru 2009, Moser Baer India vs Il-Kunsill (C-535/06 P, EU:C:2009:498, punti 88, 90 u 91; tad-19 ta’ Diċembru 2013, Transnational Company ‘Kazchrome’ u ENRC Marketing vs Il-Kunsill, C-10/12 P, mhux ippubblikata, EU:C:2013:865, punti 24 u 25; tas-16 ta’ April 2015, TMK Europe, C‑143/14, EU:C:2015:236, punti 36 u 37; u tal-11 ta’ Lulju 2017, Viraj Profiles vs Il-Kunsill, T 67/14, mhux ippubblikata, EU:T:2017:481, punti 62 u 63.


65      Sentenzi tad‑19 ta’ Diċembru 2013, Transnational Company ‘Kazchrome’ u ENRC Marketing vs Il‑Kunsill (C‑10/12 P, mhux ippubblikata, EU:C:2013:865, punt 39), u tal‑11 ta’ Lulju 2017, Viraj Profiles vs Il‑Kunsill (T‑67/14, mhux ippubblikata, EU:T:2017:481, punt 62).


66      Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Trstenjak fil-kawża Moser Baer India vs Il‑Kunsill (C‑535/06 P, EU:C:2008:532).


67      Huwa irrilevanti li l-kawża tirrigwarda l-impożizzjoni ta’ dazji kumpensatorji u mhux dazji antidumping. Tabilħaqq, l-Artikolu 8(7) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2026/97 tas‑6 ta’ Ottubru 1997 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 10, p. 78), li kien applikabbli fil-kawża Moser Baer, huwa identiku għall-Artikolu 3(7) tar-Regolament bażiku. Fir-rigward tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament Nru 2026/97 ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 69 iktar ’il quddiem.


68      Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Trstenjak fil-kawża Moser Baer India vs Il‑Kunsill (C‑535/06 P, EU:C:2008:532, punt 171) (enfasi miżjuda minni).


69      Hawnhekk qiegħed isir riferiment għall-aħħar sentenza tal-Artikolu 9(4) tar-Regolament bażiku, għalkemm ir-Regolament Nru 2026/97 kien applikabbli fil-kawża Moser Baer. Dan għaliex il-każ ineżami jirrigwarda miżuri antidumping u mhux dazji kumpensatorji. L-aħħar sentenza tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament Nru 2026/97 taqra hekk: “L-ammont tad-dazju ta’ kumpens m’għandux jeċċedi l-ammont ta’ sussidji ta’ kumpens li jkun instab li gawdew minnhom l-esportaturi, kif stabbilit permezz ta’ dan ir-Regolament, imma għandu jkun anqas mill-ammont totali ta’ sussidji ta’ kumpens, jekk dan id-dazju inqas ikun adegwat biex ineħħi l-ħsara lill-industrija tal-Komunità”.


70      Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Trstenjak fil-kawża Moser Baer India vs Il‑Kunsill (C‑535/06 P, EU:C:2008:532, punt 171).


71      Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Trstenjak fil-kawża Moser Baer India vs Il‑Kunsill (C‑535/06 P, EU:C:2008:532, punt 176).


72      Sentenza tat‑3 ta’ Settembru 2009, Moser Baer India vs Il‑Kunsill (C‑535/06 P, EU:C:2009:498, punti 92 u 93).


73      Ara l-punt 117 iktar ’il fuq.


74      Sentenza tat‑23 ta’ Mejju 1985, Allied Corporation et vs Il‑Kunsill (53/83, EU:C:1985:227).


75      Sentenza tat‑23 ta’ Mejju 1985, Allied Corporation et vs Il‑Kunsill (53/83, EU:C:1985:227, punt 19).


76      Sentenza tal‑11 ta’ Settembru 2014, Gold East Paper u Gold Huasheng Paper vs Il‑Kunsill (T‑443/11, EU:T:2014:774, punti 313 u 318) (enfasi miżjuda minni). Fil-punt 318 ta’ din is-sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat dan li ġej: “l-istituzzjonijiet tal-Unjoni […] eżaminaw l-effett ta’ fatturi magħrufa oħrajn li setgħu kkawżaw dannu lill-industrija tal-Unjoni u kkonstataw li ebda wieħed fosthom ma kien ta’ natura li jikser ir-rabta kawżali stabbilita bejn l-importazzjonijiet li joriġinaw miċ-Ċina li huma s-suġġett ta’ dumping u d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni […]. Għalhekk, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni ssodisfaw il-kundizzjonijiet neċessarji sabiex jadottaw il-miżuri inkwistjoni” (enfasi miżjuda minni).


77      Il-Kunsill u l-Kummissjoni rreferew għal rapporti tal-KRTKRT relatati ma’: (i) każ “Komunitajiet Ewropej – Dazji antidumping fuq aċċessorji ta’ tubi jew pajpijiet tal-ħadid fondut malleabbli mill-Brażil (WT/DS219/AB/R)”, punti 180 sa 195; (ii) każ “Unjoni Ewropea – Miżuri antidumping rigward ċerti żraben ġejjin miċ-Ċina (WT/DS405/R)”, punti 7.487 sa 7.489; u (iii) każ “Unjoni Ewropea – Miżuri kumpensatorji dwar ċertu polietilentereftalat mill-Pakistan (WT/DS4886/R)”, punti 7.133 sa 7.140. Jidhirli li l-konstatazzjonijiet tal-KRTKRT f’dawn il-punti jikkonċernaw ir-rabta kawżali bejn id-dumping (jew is-sussidji) u d-dannu fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3.5 tal-Ftehim antidumping tal-WTO (jew l-Artikolu 15.5 tal-Ftehim tal-WTO dwar SMK) u mhux id-determinazzjoni tal-ammont tad-dazju antidumping (jew id-dazju kumpensatorju).


78      Fir-risposta tiegħu għall-appell inċidentali, Canadian Solar jirreferi għar-rapport tal-KRT relatat mal-każ “Stati Uniti - Miżuri ta’ salvagwardja definittivi dwar importazzjonijiet ta’ pajpijiet iwweldjati ta’ kwalità tal-karbonju b’sezzjoni trasversali ċirkulari mill-Korea (WT/DS202/AB/R)”. Fil-punt 252 ta’ dan ir-rapport, il-KRT ikkonstata li “sehem xieraq biss mid-dannu globali [għandu jiġi] imputat lil żieda fl-importazzjonijiet” [traduzzjoni mhux uffiċjali] u dan “jiddetermina l-portata permissibbli li fiha tista’ tiġi applikata l-miżura ta’ salvagwardja” [traduzzjoni mhux uffiċjali]. Madankollu, nixtieq nenfasizza li dan il-każ huwa relatat ma’ miżuri ta’ salvagwardja u mhux miżuri antidumping, u li fir-Regolament bażiku ma hemm l-ebda dispożizzjoni ekwivalenti għall-Artikolu 5.1 tal-Ftehim tal-WTO dwar is-salvagwardji, li jipprovdi li “Membru għandu jissalvagwardja miżuri [għandu japplika miżuri ta’ salvagwardja] biss safejn u sakemm meħtieġa għalbiex jipprevjienu jew jirrimedjaw inġurja gravi u għalbiex jiffaċilitaw l-aġġustament”. F’dak li għandu x’jaqsam mal-invokazzjoni, min-naħa ta’ Canadian Solar, tal-punt 257 tal-imsemmi rapport, intenni li Canadian Solar naqas milli jipprovdi eżempju ta’ rapport tal-KRT relatat ma’ miżuri antidumping b’konstatazzjoni simili.


79      Sentenzi tas‑16 ta’ Lulju 2015, Il‑Kummissjoni vs Rusal Armenal (C‑21/14 P, EU:C:2015:494, punti 40 u 41), u tal‑4 ta’ Frar 2016, C & J Clark International (C‑659/13 u C‑34/14, EU:C:2016:74, punt 87).


80      Sentenza tad‑19 ta’ Diċembru 2013, Transnational Company Kazchrome u ENRC Marketing vs Il‑Kunsill (C‑10/12 P, mhux ippubblikata, EU:C:2013:865, punt 54).


81      Ara f’dan is-sens, is-sentenza tas‑27 ta’ Settembru 2007, Ikea Wholesale (C‑351/04, EU:C:2007:547, punt 35).


82      L-Artikolu 3.5 tal-Ftehim antidumping tal-WTO jipprovdi dan li ġej: “[…] L-awtoritajiet għandhom jeżaminaw ukoll kwalunkwe fatturi magħrufa apparti mill-importazzjoni ddampjata li fl-istess ħin qed jikkawżaw ħsara fl-industrija domestika, u d-danni kkawżati minn dawn il-fatturi m’għandhomx ikunu assoċjati ma’ l-importazzjoni ddampjata. Fatturi li jistgħu jitqiesu rilevanti f’dan ir-rigward jinkludu inter alia l-volum u l-prezzijiet ta’ l-importazzjoni li ma inbiegħux bi prezzijiet iddampjati, kontrazzjoni rikjesta jew tibdil fid-disinn tal-konsum, prattiċi li jirrestrinġu l-kummerċ ta’ u l-kompetizzjoni bejn il-produtturi barranin u domestiċi, żvilupp fit-teknoloġija u l-għemil u produttività ta’ l-esportazzjoni fl-industrija domestika.” Ara wkoll is-sentenza tad‑19 ta’ Diċembru 2013, Transnational Company ‘Kazchrome’ u ENRC Marketing vs Il‑Kunsill (C‑10/12 P, mhux ippubblikata, EU:C:2013:865, punt 54).


83      Ara Rovegno, L. u Vandenbussche, H., “Anti-dumping practices in the EU: a comparative analysis of rules and application in the contest of WTO”, f’Gaines, S., Egelund Olsen, B. u Engsig Sørensen, K. (edituri), Liberalising Trade in the EU and the WTO: a legal comparison, Cambridge University Press, 2012, p. 440. Rovegno u Vandenbussche jinnotaw li “f’kuntrast għal utenti antidumping oħra bħall-Istati Uniti u l-Kanada, id-dazji antidumping tal-Unjoni ma għandhomx għalfejn jikkorrispondu neċessarjament għall-marġni tad-dumping sħiħ jekk dazju mnaqqas ikun suffiċjenti għall-eliminazzjoni tad-dannu materjali għall-industrija domestika. […] [Bejn l-1989 u l-2009], kważi kull sena, il-livelli medji tad-dazju antidumping fl-Unjoni [kienu] ħafna iktar baxxi milli fl-Istati Uniti. Meta mqabbla mal-Kanada, dawn [kienu] bejn wieħed u ieħor fl-istess livelli fil-bidu tal-perijodu inkwistjoni, iżda [kienu] wkoll iktar baxxi lejn l-aħħar” [traduzzjoni libera] (p. 445).


84      Il-kwistjoni jekk it-talba tal-Kummissjoni għal sostituzzjoni tal-motivi hijiex ammissibbli ma hijiex indirizzata f’dawk il-konklużjonijiet peress li, fil-fehma tiegħi, din għandha tiġi indirizzata flimkien mat-talba għal sostituzzjoni tal-motivi mqajma fl-appell inċidentali u dawn il-konklużjonijiet huma limitati għall-eżami ta’ żewġ aggravji (ara l-punt 29 iktar ’il fuq). Madankollu, għall-finijiet ta’ kompletezza, nixtieq nirrimarka li t-talba tal-Kummissjoni għal sostituzzjoni tal-motivi mqajma fir-risposta tagħha għall-appell hija, fl-opinjoni tiegħi, ammissibbli. Dan għaliex tista’ titqies bħala difiża kontra r-raba’ aggravju tal-appellant (sentenza tad‑9 ta’ Novembru 2017, TV2/Danmark vs Il‑Kummissjoni (C‑649/15 P, EU:C:2017:835, punt 61).


85      Enfasi miżjuda minni.


86      Deċiżjoni tal-Kummissjoni 91/392/KEE tal‑21 ta’ Ġunju 1991 li taċċetta l-impenji mogħtija b’konnessjoni mal-proċediment antidumping li jikkonċerna l-importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet tas-siment tal-asbestos li joriġinaw fit-Turkija, u li ttemm l-investigazzjoni (ĠU 1991, L 209, p. 37); ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2376/94 tas‑27 ta’ Settembru 1994 li jistabbilixxi dazju antidumping provviżorju fuq l-importazzjoni ta’ riċevituri tat-televiżjoni tal-kulur li joriġinaw mill-Malasja, mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, mir-Repubblika tal-Korea, minn Singapor u mit-Tajlandja (ĠU 1994, L 255, p. 50); ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 710/95 tas‑27 ta’ Marzu 1995 li jistabbilixxi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjoni ta’ riċevituri tat-televiżjoni tal-kulur li joriġinaw mill-Malasja, mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, mir-Repubblika tal-Korea, minn Singapor u mit-Tajlandja u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost (ĠU 1995, L 73, p. 3); u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1331/2007 tat‑13 ta’ Novembru 2007 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ disiandiamide li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU 2007, L 296, p. 1).


87      Ara l-premessi 28 u 29 tad-Deċiżjoni 91/392; il-premessa 141 tar-Regolament Nru 2376/94; il-premessa 49 tar-Regolament Nru 710/95; u l-premessi 128 sa 132 tar-Regolament Nru 1331/2007.


88      Skont il-premessa 28 tad-Deċiżjoni 91/392, “l-interpretazzjoni – u fuq kollox il-kwantifikazzjoni – [tal-]effett [tal-importazzjonijiet li huma s-suġġett ta’ dumping] hija impreċiża, u dan huwa dovut għall-preżenza ta’ fatturi oħra konkomitanti” [traduzzjoni mhux uffiċjali]. Il-premessa 128(i) tar-Regolament Nru 1331/2007 tgħid li “huwa possibbli [impossibbli] li tiġi stabbilita b’mod preċiż il-kontribuzzjoni [tal-importazzjonijiet li huma s-suġġett ta’ dumping u tal-fatturi magħrufa l-oħra]”.


89      Sentenza tad‑29 ta’ Marzu 2011, ThyssenKrupp Nirosta vs Il‑Kummissjoni (C‑352/09 P, EU:C:2011:191, punt 136).


90      Ara l-punti 207, 211 u 213 tas-sentenza appellata.


91      Ara l-punt 212 tas-sentenza appellata.


92      Ara l-punt 214 tas-sentenza appellata.


93      Sentenzi tad‑19 ta’ Diċembru 2013, Transnational Company ‘Kazchrome’ u ENRC Marketing vs Il‑Kunsill (C‑10/12 P, mhux ippubblikata, EU:C:2013:865, punt 22); tas‑16 ta’ April 2015, TMK Europe (C‑143/14, EU:C:2015:236, punt 34); tal‑10 ta’ Settembru 2015, Bricmate (C‑569/13, EU:C:2015:572, punt 46); u tat‑2 ta’ Ġunju 2016, Photo USA Electronic Graphic vs Il‑Kunsill (C‑31/15 P, mhux ippubblikata, EU:C:2016:390, punt 63).