Language of document :

Rikors ippreżentat fil-5 ta' Ġunju 2008 - Carlo De Nicola vs Il-Bank Ewropew ta' l-Investiment

(Kawża F-55/08)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Carlo De Nicola (Strassen, il-Lussemburgu) (rappreżentant: L. Isola, avukat)

Konvenut: Il-Bank Ewropew ta' l-Investiment

Suġġett

Minn naħa, ir-rikorrent jitlob l-annullament parzjali ta' deċiżjoni tal-Kumitat ta' l-Appell dwar l-evalwazzjoni annwali tiegħu għas-sena 2006, u min-naħa l-oħra l-konstatazzjoni ta' abbuż psikoloġiku eżerċitat fir-rigward tiegħu u l-kundanna tal-konvenut sabiex iwaqqaf dan l-abbuż psikoloġiku u jikkumpensa d-dannu subit.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tal-Kumitat ta' l-Appell ikkomunikata b'posta elettronika fis-17 ta' Novembru 2007 u kopja tagħha trasmessa fid-19 ta' Novembru 2007, in kwantu din tiċħad ir-rikors tar-rikorrent kontra d-deċiżjoni tas-superjuri tiegħu għas-sena 2006, in kwantu din tqis li r-rikorrent irrinunzja għall-pretensjonijiet tiegħu fir-rigward tal-vizzji li vvizzjaw il-proċedura ta' evalwazzjoni annwali ta' l-2006 u fl-aħħar nett, in kwantu din tallega li r-rikorrent jaqbel ma' l-akkużi tas-superjuri tiegħu;

tannulla d-deċiżjonijiet ta' promozzjoni tat-13 ta' Lulju 2007 in kwantu dawn naqsu milli jieħdu in kunsiderazzjoni lir-rikorrent fil-partijiet relatati mal-promozzjoni mill-Grad E għall-Grad D;

tannulla l-atti kollha relatati u preċedenti, fosthom l-evalwazzjoni tar-rikorrent għas-sena 2006, inkluż in kwantu din ma tipproponix il-marka A jew B+, u lanqas il-promozzjoni tiegħu għall-Grad D u skond il-każ, tiddikjara l-illegalità u, konsegwentement, in-non-applikabbiltà tar-restrizzjonijiet (kwantitattivi jew le) imposti mill-istruzzjonijiet tad-Direttorat tar-Riżorsi Umani

tikkonstata l-abbuż psikoloġiku exerċitat fir-rigward tar-rikorrent;

tikkundanna lill-Bank Ewropew ta' l-Investimenti jwaqqaf l-abbuż psikoloġiku fir-rigward tar-rikorrent u jikkumpensa d-danni fiżiċi, morali u materjali, passati kif ukoll futuri;

tikkundanna lill-Bank Ewropew ta' l-Investimenti għall-ispejjeż.

____________